European Commission logo
idħol Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Stqarrija ta' Privatezza

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (“EPALE”)

Avviż dwar il-Protezzjoni tad-Data

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura (“EACEA”) hija impenjata li tippreserva l-privatezza tiegħek. Id-data personali kollha tiġi ttrattata skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 dwar il-protezzjoni tad-data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni (“ir-regolament dwar il-protezzjoni tad-data”).

L-Avviż dwar il-Protezzjoni tad-Data li ġej jiddeskrivi l-politiki li bihom l-EACEA tiġbor, timmaniġġja u tuża d-data personali tal-individwi kkonċernati fi ħdan il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (“EPALE”). EPALE hija komunità Ewropea, multilingwi u miftuħa ta’ sħubija ta’ professjonisti fl-edukazzjoni għall-adulti, inklużi edukaturi u ħarrieġa adulti, persunal ta’ gwida u ta’ appoġġ, riċerkaturi u akkademiċi, u dawk li jfasslu l-politika. Tipprovdi pjattaforma fejn ir-reġistranti tal-EPALE jistgħu jikkomunikaw u jikkollaboraw.

 

[1] Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

 

  1. Min hu responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek (kontrollur tad-data)?

 

Il-kontrollur huwa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura, BE-1049 Brussell.

Il-persuna maħtura bħala responsabbli għall-operazzjoni ta’ pproċessar hija l-Kap tal-Unità A.6 Pjattaformi, Studji u Analiżi.

Posta elettronika: EACEA-EPLUS-EPALE@ec.europa.eu

 

  1. Liema data personali tiġi pproċessata?

 

Data Mandatorja

  • Isem u Kunjom
  • Pajjiż ibbażat fih 
  • Posta elettronika

 

Data fakultattiva fil-livell tal-profil tal-utent

  • Oqsma tematiċi ta’ interess relatati 
  • Karatteristiċi ta’ interess fuq is-sit (eż. tiftix ta’ sħab)
  • Attività online 
  • Ritratt
  • Sess
  • Numru tat-telefown
  • Belt
  • Bijografija qasira
  • Titolu tal-impjieg
  • Organizzazzjoni
  • Okkupazzjoni/rwol 
  • Profili tal-media soċjali
  • Lingwa/i użata/i

 

Data personali fakultattiva sottomessa volontarjament mill-utenti nfushom fit-taqsimiet u l-postijiet kollaborattivi (eż., Blogs, Aħbarijiet, eċċ.):

  • Kummenti fid-diskussjonijiet 
  • Kummenti jew materjali edukattivi ppubblikati fiċ-ċentru tar-riżorsi 
  • Kummenti jew materjali edukattivi ppubblikati fil-grupp magħluq tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ (NSS, National Support Services) (aċċessibbli biss għall-NSSs u s-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali) u gruppi privati u pubbliċi oħra
  • Fajls, immaġnijiet, vidjows u blog posts
  • Messaġġi fl-Għodda tat-tiftix ta’ sħab

 

Data personali fakultattiva sottomessa fuq bażi volontarja matul avvenimenti online

  • Vuċi u immaġnijiet ta’ parteċipanti li volontarjament jagħżlu li jixgħelu l-mikrofonu u l-kamera tagħhom sabiex jipparteċipaw fid-diskussjonijiet

 

  1. Għal liema skop nipproċessaw id-data tiegħek?

 

L-għan tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek huwa li titħaddem il-pjattaforma EPALE u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli, u tipprovdi servizzi relatati.

Id-data personali tiġi pproċessata sabiex jiġu implimentati l-attivitajiet tas-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali (CSS), inklużi:

  • L-istabbilment u l-immaniġġjar tal-kontijiet tal-utenti kemm fuq il-pjattaforma EPALE kif ukoll fuq l-applikazzjoni għall-apparati mobbli.
  • Il-protezzjoni tas-sit web kontra attivitajiet malizzjużi.
  • L-iżgurar tal-kwalità tal-kontenut online (eż. il-monitoraġġ u l-validazzjoni tal-pubblikazzjonijiet fuq il-pjattaforma EPALE).
  • L-organizzazzjoni u l-immaniġġjar ta’ avvenimenti online (inkluż streaming dirett u/jew reġistrazzjoni, jekk meħtieġ) u/jew avvenimenti fiżiċi.
  • L-avviżi lill-utenti dwar l-attivitajiet ta’ EPALE permezz ta’ bullettin (meta l-utenti jirreġistraw ma' EPALE jistgħu jirreġistraw ukoll għall-bullettin EPALE).
  • Il-kondiviżjoni tad-data tal-utenti mas-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ (NSS) biex l-utenti jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati għal attivitajiet nazzjonali ta’ EPALE (eż. bullettini nazzjonali, parteċipazzjoni f’korsijiet, seminars, workshops, konferenzi). L-utenti jridu jagħtu l-kunsens tagħhom mar-reġistrazzjoni billi jagħżlu li jippermettu lis-Servizz Nazzjonali ta’ Appoġġ tagħhom jikkuntattjahom permezz ta’ posta elettronika għat-tixrid ta’ materjali informattivi u promozzjonali fuq EPALE.
  • Jippermettu l-interazzjoni u n-networking fost il-membri tal-komunità ta’ EPALE permezz tas-sistema ta’ messaġġi interni li ma tippermettix il-kondiviżjoni ta’ data sensittiva.
  • Jidentifikaw ħtiġijiet ġodda tal-utenti u jtejbu l-kwalità/il-funzjonament tal-pjattaforma EPALE.
  • Jagħmlu analiżi statistika. 

 

  1. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

 

L-aċċess għad-data personali tiegħek jista’ jingħata fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien lir-riċevituri li ġejjin:

  • Persunal awtorizzat tal-EACEA u tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (DĠ EAC) u d-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL). 
  • Persunal awtorizzat ta’ Tremend Software Consulting Srl u Lai-Momo Società Cooperative Sociale (iż-żewġ entitajiet jaġixxu bħala proċessuri tad-data tal-EACEA). 
  • Is-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ tal-EPALE (NSS), li huma inkarigati mill-promozzjoni ta’ EPALE lill-partijiet interessati lokali u nazzjonali u li jżommu kuntatt magħhom. Kull NSS jirċievi d-data personali tal-utenti tal-pajjiż rispettiv tiegħu, jekk l-utenti jaqblu ma’ dan fir-reġistrazzjoni. 
  • Utenti rreġistrati: informazzjoni magħmula pubblika mill-utenti rreġistrati li jipparteċipaw fil-gruppi magħluqa, blogs, eċċ huma viżibbli għall-parteċipanti l-oħra f’dawn il-gruppi.
  • Il-pubbliku ġenerali għar-reġistrazzjonijiet u/jew l-istreaming dirett ta’ avvenimenti fuq il-pjattaforma EPALE.

Barra minn hekk, id-data tista’ tiġi żvelata lill-awtoritajiet pubbliċi, u tiġi pproċessata minn dawn l-awtoritajiet f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data skont l-għan tal-ipproċessar, inkluż fost l-oħrajn:

  • Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jew imħallef nazzjonali kif ukoll l-avukati u l-aġenti tal-partijiet f’każ ta’ proċedura legali;
  • L-Awtorità tal-Ħatra kompetenti f’każ ta’ talba jew ilment imressaq skont l-Artikoli 90 tar-Regolamenti tal-Persunal;
  • L-OLAF fil-każ ta’ investigazzjoni mwettqa bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999;
  • Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti fdati mill-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju u mill-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004;
  • L-IDOC f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019)4231 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni dwar it-tmexxija ta’ inkjesti amministrattivi u ta’ proċedimenti dixxiplinari u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/165 tal-1 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi regoli interni dwar l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data u r-restrizzjoni ta’ ċerti mid-drittijiet tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data fil-kuntest ta’ inkjesti amministrattivi,u proċedimenti qabel dawk dixxiplinari, dixxiplinari u proċeduri ta’ sospensjoni;
  • Il-Qorti tal-Awdituri fi ħdan il-kompiti fdati lilha mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003;
  • L-Ombudsman Ewropew fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti fdati lilu mill-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; 
  • L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Id-data personali tal-utenti rreġistrati hija kondiviża ma’ ċerti NSSs, li huma bbażati barra l-UE/iż-ŻEE fil-pajjiżi terzi li ġejjin: L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja u t-Turkija, jekk l-utent ta(t) il-kunsens espliċitu tiegħu/tagħha mar-reġistrazzjoni biex jaqsam/taqsam id-data tiegħu/tagħha mal-NSS lokali skont l-Artikolu 50(1)(a) tar-Regolament.

Jekk jogħġbok innota li għal dawn il-pajjiżi, l-UE ma adottatx deċiżjoni ta’ adegwatezza skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2018/1725, li tiċċertifika li d-data personali tiegħek, ladarba tiġi trasferita, se tibbenefika minn livell adegwat ta’ protezzjoni fil-pajjiż terz ta’ destinazzjoni. Għalhekk, il-livell ta’ protezzjoni tad-data personali tiegħek trasferita jiddependi fuq il-liġi jew il-prattika ta’ dak il-pajjiż terz u, b’riżultat ta’ dan, id-drittijiet tiegħek fir-rigward tal-protezzjoni tad-data jistgħu ma jkunux ekwivalenti għal dawk fil-pajjiż tal-UE/taż-ŻEE jew pajjiż b’deċiżjoni ta’ adegwatezza. 

L-NSS hija marbuta bi klawżoli ta’ protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar, u l-obbligi tekniċi u organizzattivi tas-sigurtà, skont ftehim ta’ għotja ffirmat mal-Aġenzija. L-utenti jistgħu jitolbu li jiksbu kopja ta’ dawn il-klawżoli billi jikkuntattjaw lill-kontrollur indikat fit-taqsima 1, hawn fuq.

Il-lista sħiħa u aġġornata ta’ dawk il-pajjiżi, kif ukoll tal-NSSs kollha, hija disponibbli fil-paġna ddedikata (https://epale.ec.europa.eu/mt/nss).

Kif imsemmi hawn fuq, l-informazzjoni ppubblikata mill-utenti rreġistrati tista’ tidher minn utenti oħra, uħud minnhom jistgħu jkunu bbażati barra mill-UE/miż-ŻEE.

 

  1. Għal kemm żmien inżommu d-data personali tiegħek?
  • Id-data dwar it-traffiku, ir-reġistri tad-data u d-data tas-servers se jinżammu għal tliet snin mill-31 ta’ Ottubru 2019.
  • Dettalji ta’ kuntatt: Sentejn wara l-aħħar login tal-utent, il-profil tiegħu/tagħha jista’ jiġi diżattivat. Xahar qabel din l-iskadenza tintbagħat notifika lil dan l-utent biex tinfurmah dwar id-diżattivazzjoni tal-profil li jmiss. L-utent jista’/tista’ jitlob/titlob li jżomm/iżżomm il-kont tiegħu/tagħha attiv. Inkella l-profil tiegħu/tagħha jiġi diżattivat b’mod permanenti. L-informazzjoni kollha mbagħad issir anonima. 
  • Gruppi pubbliċi u privati: wara sentejn ta’ inattività, grupp pubbliku u/jew privat jista’ jiġi diżattivat. Xahar qabel din l-iskadenza, tintbagħat notifika lill-amministratur tal-grupp biex tinfurmah dwar id-diżattivazzjoni li jmiss. L-amministratur tal-grupp jista’ jitlob li jżomm il-grupp attiv, inkella jiġi diżattivat b’mod permanenti. Wara d-diżattivazzjoni, l-ebda data tal-grupp rispettiv ma tidher fuq EPALE.
  • F’każ li l-utenti jitolbu d-diżattivazzjoni tal-profil tagħhom jew il-profil jiġi diżattivat awtomatikament, l-ebda data ma tkun viżibbli għal utenti oħra ta’ EPALE. Id-data tinżamm biss f’forma anonima li ma tippermettix l-identifikazzjoni personali. Jekk l-utenti bi profil diżattivat iridu jkomplu jużaw il-pjattaforma, ikollhom jerġgħu jirreġistraw. Id-data tibqa’ biss għal finijiet ta’ riċerka u monitoraġġ għad-dispożizzjoni tal-EACEA, il-Kummissjoni Ewropea, l-NSSs u r-riċerkaturi permessi speċifikament mill-kontrollur tad-data.
  • Id-data relatata mal-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-avvenimenti online se tinżamm għal sitt xhur wara l-għeluq tagħha. L-informazzjoni li tidentifika s-suġġetti tad-data tista’ tinżamm għal perjodu itwal għal finijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi bis-salvagwardji xierqa fis-seħħ. Reġistrazzjonijiet minn workshops online se jinżammu online għal sentejn qabel ma jitħassru.
  • Id-data personali tal-kelliema, inklużi reġistrazzjonijiet minn sessjonijiet plenarji b’xandira fuq l-internet, se tinżamm online għal erba’ snin qabel ma titħassar. Dan jippermetti lill-pubbliku ġenerali u lil kwalunkwe individwu interessat li jaċċessaw liberament u/jew jaraw mill-ġdid il-kontenut rilevanti.
  • Blog posts, materjali edukattivi ppubblikati fiċ-Ċentru tar-Riżorsi u fajls, immaġnijiet, vidjows sottomessi fil-komunitajiet ta’ prattika se jinżammu għal massimu ta’ ħames snin fuq il-pjattaforma EPALE.  
  • Messaġġi u kummenti mill-utenti, flimkien ma’ fajls, immaġnijiet, vidjows u blog posts sottomessi fl-ispazji kollaborattivi u gruppi magħluqa, se jinżammu għal massimu ta’ ħames snin fuq il-pjattaforma EPALE. Dawn jinkludu wkoll messaġġi u data personali fl-għodda ta’ tiftix ta’ sħubija
  • Aħbarijiet u avvenimenti ppubblikati fuq is-sit web se jinżammu għal massimu ta’ sentejn fuq il-pjattaforma EPALE.

 

  1. X’inhuma d-drittijiet tiegħek dwar id-data personali tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

 

Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-protezzjoni tad-data, għandek id-dritt li:

  • Titlob biex taċċessa d-data personali li l-EACEA għandha dwarek;
  • Titlob rettifika tad-data personali tiegħek fejn meħtieġ;
  • Titlob li d-data personali tiegħek tiġi mħassra;
  • Titlob għar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek;
  • Titlob li d-data tiegħek tiġi riċevuta jew trasferita lil organizzazzjoni oħra f’format standard li jinqara mill-magni użat b’mod komuni (portabbiltà tad-data).

Peress li l-ipproċessar ta’ parti mid-data personali tiegħek huwa bbażat fuq l-Artikolu 5(1)(a) tar-regolament dwar il-protezzjoni tad-data, jekk jogħġbok innota li għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tar-regolament dwar il-protezzjoni tad-data.

Barra minn hekk, peress li l-ipproċessar ta’ parti mid-data personali tiegħek huwa bbażat fuq il-kunsens tiegħek skont l-Artikolu 5(1)(d) u l-Artikolu 50 tar-regolament dwar il-protezzjoni tad-data, jekk jogħġbok innota li tista’ tirtiraha fi kwalunkwe ħin, u dan ikollu effett mill-mument tar-ritrattazzjoni tiegħek. L-ipproċessar ibbażat fuq il-kunsens tiegħek qabel l-irtirar tiegħu se jibqa’ legali.

Jekk jogħġbok innota wkoll li l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jipprevedi li, fi kwistjonijiet relatati mal-operat tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, dawn tal-aħħar jistgħu jirrestrinġu ċerti drittijiet ta’ individwi f’ċirkostanzi eċċezzjonali u bis-salvagwardji stabbiliti f’dak ir-Regolament. Tali restrizzjonijiet huma previsti fir-regoli interni adottati mill-EACEA u ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32021Q0317%28…).

Kwalunkwe restrizzjoni bħal din tkun limitata fiż-żmien, proporzjonata u tirrispetta l-essenza tad-drittijiet imsemmija hawn fuq. Din se titneħħa hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni ma jibqgħux applikabbli. Int se tirċievi avviż aktar speċifiku dwar il-protezzjoni tad-data meta dan il-perjodu jkun għadda.

Bħala regola ġenerali, int tiġi infurmat dwar ir-raġunijiet prinċipali għal restrizzjoni sakemm din l-informazzjoni ma tikkanċellax l-effett tar-restrizzjoni bħala tali.

Għandek id-dritt li tressaq ilment lill-EDPS dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni.

 

  1. Id-dritt tiegħek li tirrikorri f’każ ta’ kunflitt dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ data personali 

 

F’każ ta’ kwistjonijiet/mistoqsijiet dwar kwalunkwe aspett tal-protezzjoni tad-data personali, tista’ tirrikorri għall-Kontrollur fl-indirizz imsemmi hawn fuq u fl-indirizz elettroniku funzjonali.

 

Tista’ wkoll tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-EACEA fil-posta elettronika li ġejja: eacea-data-protection@ec.europa.eu

Tista’ tressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin: http://www.edps.europa.eu.

 

  1. Fuq liema bażi legali qed nipproċessaw id-data personali tiegħek?


L-ipproċessar huwa bbażat fuq il-paragrafi li ġejjin tal-Artikolu 5(1) tar-regolament dwar il-protezzjoni tad-data:

(a) l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni (li għandu jiġi stabbilit fil-Liġi tal-Unjoni):

  • Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1–33);
  • Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura; 
  • Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021)951 u l-annessi tagħha li jiddelegaw is-setgħat lill-EACEA għall-ġestjoni tal-programmi fil-QFP 2021-2027; Kuntratt ta’ servizz Nru 2019-1985 iffirmat ma’ Tremend Software Consulting Srl u Lai-Momo Cooperativa Sociale; 
  • Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz għas-Servizzi ta’ Ġestjoni tal-Kontenut (CMS, Content Management Services) iffirmat bejn l-EACEA u d-DIGIT (ref: DIGIT – SLA NO. DIGIT-039-00); 
  • Ftehimiet ta’ Għotja ffirmati skont is-sejħiet restrittivi għal proposti tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ tal-EPALE EACEA Nru 02/2016, EACEA 02/2018 u ERASMUS-EDU-2022-EPALE-IBA.

(d) is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għall-finijiet speċifiċi li ġejjin:

  • Fl-istadju tar-reġistrazzjoni, is-suġġetti tad-data jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom biex jiġu kkuntattjati mill-NSS tagħhom permezz ta’ posta elettronika għat-tixrid ta’ materjali informattivi u promozzjonali fuq EPALE (għal NSS mhux tal-UE/taż-ŻEE, dan huwa bbażat fuq kunsens espliċitu skont l-Artikolu 50(1)(a) tar-Regolament). Permezz ta’ dan, dawn se jiġu kkuntattjati għal attivitajiet nazzjonali ta’ EPALE (eż. bullettini nazzjonali, parteċipazzjoni f’korsijiet, seminars, workshops u konferenzi). 
  • Streaming dirett u/jew reġistrazzjoni ta’ avvenimenti online.
  • L-utenti jistgħu jipprovdu jew jaġġornaw data personali fakultattiva għad-dettalji tal-profil tagħhom.

Meta ma japplikax kunsens espliċitu, dan li ġej huwa applikabbli: 

It-trasferiment ta’ data personali barra mill-UE/miż-ŻEE huwa meħtieġ għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku u huwa bbażat fuq l-Artikolu 50(1)(d) tar-Regolament kif rikonoxxut fid-dritt tal-Unjoni li ġej:

  • L-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea   
  • L-Artikolu 26 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem  
  • L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea   
  • L-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE  

Il-Programm Erasmus li jiffinanzja dan il-proċess jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-Ewropa, inkluż billi jappoġġja attivitajiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ edukazzjoni u parteċipazzjoni ċivika għaż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, u b’hekk iqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni Ewropej (ara l-Premessa Nru 28 tar-Regolament Erasmus (ir-Regolament (UE) 2021/817


[1] Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.