European Commission logo
Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Blog

L-avvanz tal-midja soċjali fil-gwida tal-karrieri

Fis-snin riċenti, il-midja soċjali bil-mod, kisbet post fiż-żgur fil-qasam tal-gwida tal-karrieri u saret parti mill-prattika ta’ kuljum għal ħafna prattikanti tal-karrieri. Madanakollu, il-professjoni in ġenerali tibqa’ inċerta dwar kif l-aħjar timplimenta u tapplika l-midja soċjali fl-attiviatjiet u l-komunikazzjoni ta’ kuljum.

Shutterstock_394706425

Għal ħafna nies, il-midja soċjali hija sempliċiment kollezzjoni ta’ għodod online li jippermettu lill-komunitajiet jaqsmu l-informazzjoni, jikkomunikaw u jissoċjalizzaw. Fis-sens usa’, il-midja soċjali hija definita bħala proċess li permezz tiegħu individwi u gruppi jibnu fehim u tifsira komuni bil-kontenut, il-komunitajiet, u t-teknoloġija Web 2.0. Il-midja soċjali tipprovdi opportunitajiet ġodda għall-prattikanti tal-karrieri, iżda toħloq ukoll domanda fit-termini ta’ kompetenzi ġodda. 

Mit-twassil tal-informazzjoni għall-kokarrieri

Riċerka dwar l-esperjenzi tal-prattikanti tal-karrieri – inkluż dawk li jaħdmu fl-iskejjel – tipprovdi snapshot tal-modi kif il-midja soċjali kurrentement qed tintuża fil-gwida tal-karrieri.

Mountain View

L-aktar għan tipiku —u limitat—kif tuża l-midja soċjali fis-servizzi għall-karrieri hija li twassal l-informazzjoni. Il-midja soċjali hija mezz effettiv għat-twassil u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni malajr, u tippermetti lill-prattikanti tal-karrieri jilħqu numru akbar ta’ nies instantanjament. Madanakollu, l-użu tal-midja soċjali bħala sors ta’ informazzjoni għal finijiet professjonali – inkluż l-edukazzjoni skolastika – qed iħasseb lil xi wħud. Il-prattikanti jenfasizzaw li l-parteċipazzjoni attiva sigura fuq il-midja soċjali teħtieġ kapaċitajiet ipperfezjonati u l-abilità li tfittex, tagħżel u tevalwa kontenut kumpless online. Fl-edukazzjoni tal-karriera dan ifisser enfasi aktar b’saħħitha biex tiggwida liż-żgħażagħ dwar kif jużaw l-informazzjoni u kif jevalwaw l-affidabilità u l-validità tal-informazzjoni tal-karriera u diversi sorsi tagħha fid-dawl tal-kapaċitajiet tal-immaniġġjar tal-karrieri tul il-ħajja.

It-tieni għan (li huwa usa’) huwa l-użu tal-midja soċjali għall-komunikazzjoni individwali. Il-kapaċità li taqsam testi, vidjos u awdjo f’ħin reali ħolqot ħafna opportunitajiet ġodda għall-interazzjoni u l-ħidma kooperattiva dwar il-bżonnijiet taż-żgħażagħ. F’dan ir-rigward, il-midja soċjali tidher li hija alternattiva personalizzata tas-servizzi għall-karrieri li qed tiffunzjona u hija disponibbli faċilment, li dejjem tagħti liż-żgħażagħ mod anonimu li permezz tiegħu jistgħu jaqsmu l-ħsibijiet u l-mistoqsijiet tagħhom. Billi ħafna mill-komunikazzjoni fuq il-midja soċjali ssir bil-kitba, il-kapaċità tal-kitba online hija enfasizzata. 

It-tielet u l-għan—l-aktar wiesa’—tal-użu tal-midja soċjali huwa li tespandi fi spazju ta' xogħol interattiv. F'dan il-każ, il-midja soċjali m’għadhiex titqies bħala għodda alternattiv iżda, aktar bħala spazju tax-xogħol li huwa parti integrali mis-servizzi għall-karrieri. Fl-interazzjoni u l-produzzjoni tal-informazzjoni u r-riżultati mal-oħrajn, il-kapaċità li tiddiskuti kwistjonijiet online hija essenzjali. 

Ir-raba’ u l-aktar għan wiesa’ tal-użu tall-midja soċjali huwa għall-kokarrieri fejn l-esperjenza maqsuma u l-kokostruzzjoni importanti ta’ kwistjonijiet dwar il-karrieri jitwettqu fost membri tal-komunità. Il-kapaċità li toħloq immaġni affidabbli u ġenwina tiegħek innifsek fi ħdan komunitajiet li fihom il-mistoqsijiet ikunu diskussi b’mod komunitarju, ikun jinħtieġ preżenza online li hija sensibbli, u mmaniġġjata u mmonitorjata sew.

Il-kompetenza għall-midja soċjali fil-gwida tal-karrieri

Il-ħiliet u l-kompetenzi f’dan il-qasam ħafna drabi huma kkunsidrati sekondarji u għaldaqstant mhux żviluppati sew fit-taħriġ. Għaldaqstant, hemm bżonn urġenti li jiġi aġġornat it-taħriġ qabel u waqt is-servizz u li jiġu appoġġati professjonist tal-karrieri fil-fehim tagħhom tad-diversi għodod tal-midja soċjali u l-modi innovattivi li bihom dawn l-għodod jistgħu jiġu inkorporati fil-prattiki eżistenti. Huwa importanti wkoll li l-kompetenzi diġitali li ż-żgħażagħ għandhom bżonn biex jaċċessaw, jużaw u jibbenefikaw minn dawn is-servizzi, huma żviluppati.

Il-midja soċjali tisfida l-interazzjonijiet tradizzjonali u r-relazzjonijiet bejn il-prattikanti tal-gwida u ż-żgħażagħ. Il-kontroll qed jiċċaqlaq minn “espert” għal taħlita ta’ għarfien espert u dak mibni fuq is-soċjetà. B'dan il-mod, il-midja soċjali tista’ tilgħab rwol sinifikanti fir-riforma tal-prattiki tal-gwida tal-karrieri biex tilħaq aktar liż-żgħażagħ li għandhom bżonn l-assistenza biex jesploraw il-karriera u jieħdu deċiżjonijiet. L-isfida għall-professjoni hija li tiddeċiedi kif l-aħjar tuża dawn it-teknoloġiji.

Sir af aktar

Fid-Danimarka, l-eGuidance toffri liż-żgħażagħ gwida dwar l-għażliet edukattivi tagħhom permezz tat-telefown, il-posta, webinars u chat. Il-pariri jingħataw b’mod unanimu u huwa disponibbli għal 68 siegħa fil-ġimgħa. Fuq is-sit ta’ Facebook tal-eGuidance, iż-żgħażagħ jistgħu jaqsmu r-riflessjonijiet u l-esperjenzi tagħhom dwar l-għażliet edukattivi mal-oħrajn. 

Fil-Finlandja, fil-kurrikuli bażiċi nazzjonali l-użu tal-ICT huwa element obbligatorju fl-edukazzjoni tal-karrieri u kull student li jtemm l-edukazzjoni bażika għandu jiġi introdott għas-servizzi nazzjonali tal-informazzjoni u s-servizzi dwar il-karrieri. L-għan huwa li jgħinu lill-istudenti jużaw is-servizzi wara li jiggradwaw minn perspettivi ta' tagħlim tul il-ħajja.

Mini

 

 

L-awtur: Jaana Kettunen hija Riċerkatur fl-Istitut għar-Riċerka Edukattiva fil-Finlandja fl-Università ta’ Jyväskylä, il-Finlandja. Fix-xogħol, tagħha, qed tiffoka fuq id-disinn u l-użu pedagoġiku tal-ICT f’ambjenti ta’  tagħlim u xogħol. Kurrentement, ir-riċerka tagħha tiffoka fuq il-midja soċjali fis-servizzi tal-karrieri.

Raksts tika publicēts Eiropas tīklā skolas izglītības forums.

Login (14)

Kumment

TreeImage.
Louise Cheng
Wed, 08/09/2017 - 17:27

This was an interesting read and good to see another perspective in the use of social media tools in career guidance.

Login (0)

Zdarza mi się otrzymać pytania od doradców zawodowych: „czy szkolimy z wykorzystania social media?”. Zaskakuje mnie to, bo dotąd zakładałam, że ich znajomość powinna być oczywistością w tej branży. Social media chyba wciąż przerażają, ale i mam wrażenie, że niektórzy dotąd wierzyli, że bez sprawnego poruszania się w sm „jakoś” się uda. Nie uda się, bo rzeczywistość social jest naturalnym środowiskiem życia młodych i chcąc pracować z nimi, wspierać ich, musimy być tam, gdzie oni są, żeby lepiej rozumieć ich potrzeby.

Login (0)
Profile picture for user maximilian_welter.
Maximilian Welter
Thu, 08/17/2017 - 11:09

Hallo Jaana,

danke für deinen informativen Blogbeitrag. Es zeigt sich doch deutlich, wie die neuen (sozialen) Medien die Beratungspraxis verändern.

2015 wurde in den öffentlich geförderten Bildungsberatungsstellen des Landes Niedersachsen auch ein Projekt zur Entwicklung und Erprobung von Bildungsberatung als Onlineberatung durchgeführt. Die Ergebnisse waren so positiv, dass Online-Beratungsangebote nun flächendeckend eingeführt werden.

Hier geht es zur Publikation und zur Projektwebseite

Login (0)

Trid lingwa oħra?

This content may also be available in other languages. Please select one below
Switch Language

Want to write a blog post ?

Toqgħodx lura milli tagħmel dan!
Agħfas fuq il-ħolqa t'hawn taħt u tella' artiklu ġdid!

L-aħħar diskussjonijiet

Profile picture for user tom.borg.
Tom Borg

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More
Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More