![Profile picture for user tom.borg.](/sites/default/files/styles/icon/public/pictures/picture-98430-1610365247.jpg.webp?itok=XPYN-85E)
Tista’ ttella’ stampi għall-posts ta’ blogg jew l-artikli tal-aħbarijiet tiegħek fl-EPALE. Biex ittella’ stampa, segwi l-istruzzjonijiet fil-mistoqsija Kif intella’ stampa?. Meta l-istampa tiegħek tkun ittellgħet, ikklikkja fuqha bil-buttuna tal-lemin u kklikkja fuq “Proprjetajiet tal-istampa”. Din se tiftaħ kaxxa tad-djalogu fejn tista’ tikteb il-wisa’ u kklikkja fuq “OK” biex tissejvjah. Il-wisa’ ta’ post ta’ blogg jew ta’ artiklu tal-aħbarijiet huwa ta’ 780.
L-EPALE tappoġġja d-definizzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar tagħlim għall-adulti kif iddikjarat fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-2011 dwar Aġenda Ewropea mġedda għat-Tagħlim għall-Adulti: “it-terminu tagħlim għall-adulti jkopri l-firxa sħiħa ta’ attivitajiet ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali — kemm ġenerali kif ukoll vokazzjonali — li jsir mill-adulti wara li jitilqu mill-edukazzjoni inizjali u t-taħriġ.”
L-EPALE għandha fil-mira dawk li jwasslu u li jorganizzaw l-edukazzjoni għall-adulti aktar milli l-istudenti nfushom.
Jekk tixtieq tinvolvi ruħek f’attivitajiet ta’ tagħlim, hawn se ssib xi ftit ideat li forsi tixtieq tikkunsidra:
- Ikkuntattja s-servizz tal-edukazzjoni fil-belt tiegħek;
- Ara l-possibbiltajiet li joffru l-assoċjazzjonijiet, l-universitajiet, l-iskejjel tal-lingwi, il-mużewijiet, il-libreriji, eċċ. fil-belt/fir-reġjun tiegħek;
- Kellem lill-imjegatur tiegħek;
- Ikkuntattja l-organizzazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tagħlim għall-adulti f’pajjiżek. L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Edukazzjoni tal-Adulti -(EAEA) għandha sħubija vasta ta’ organizzazzjonijiet tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa li tista’ tagħmel kuntatt magħhom;
- Żur l- Euroguidance( – netwerk ta’ ċentri li jiġbru flimkien is-sistemi ta’ Gwida għall-Karriera fl-Ewropa;
- Żur Ploteus, li jipprovdi informazzjoni dwar korsijiet, tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u kwalifiki.
Dan ifisser li dan l-indirizz tal-posta elettronika diġà ntuża biex jinħoloq account fl-EPALE. Ipprova uża l-għażla ta’ rkupru tal-password biex terġa’ tissettja l-password tiegħek. Għal kwalunkwe mistoqsija, ikkuntattja l-helpdesk tal-EPALE fuq helpdesk@epale-support.eu.
Jekk għandek riżorsa li tixtieq tippubblikaha, tellagħha billi tuża l-formola online tagħna. Jekk jogħġbok innota li biex ittella’ riżorsa, trid tkun irreġistrat u lloggjat fl-EPALE. Aktar informazzjoni dwar kif timla kull kaxxa hija mogħtija hawn fuq. Ladarba tkun imlejt il-kaxxi kollha, ikklikkja fuq “Issejvja” u se jidher messaġġ ta’ konferma. Se tirċievi wkoll posta elettronika b’link għar-riżorsa li tkun tellajt. Ir-riżorsa tiegħek imbagħad se tiġi vverifikata mis-Servizz ta’ Appoġġ Nazzjonali jew mis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali rilevanti u se tiġi ppubblikata jekk tkun rilevanti.
Jekk qed torganizza avveniment u tixtieq tirrekluta delegati potenzjali minn madwar l-Ewropa, imla l-formola online tagħna. Jekk jogħġbok innota li biex ittella’ avveniment, trid tkun irreġistrat u lloggjat fl-EPALE. Aktar informazzjoni dwar kif timla kull kaxxa tingħata fil-parti ta’ fuq tal-paġna. Ladarba tkun imlejt il-kaxxi kollha ikklikkja fuq “Issejvja” u se jidher messaġġ ta’ konferma. Se tirċievi wkoll posta elettronika b’link għall-avveniment li tkun tellajt. L-avveniment tiegħek imbagħad se jiġi vverifikat mis-Servizz ta’ Appoġġ Nazzjonali jew mis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali rilevanti u se jiġi ppubblikat jekk ikun rilevanti.
Jekk għandek xi aħbarijiet dwar l-organizzazzjoni tiegħek jew dwar proġett li int parti minnu jew jekk tixtieq taqsam xi aħbarijiet ma’ organizzazzjonijiet oħrajn madwar l-Ewropa kollha, imla l-formola online tagħna. Jekk jogħġbok innota li biex ittella’ artiklu tal-aħbarijiet, trid tkun irreġistrat u lloggjat fl-EPALE. Aktar informazzjoni dwar kif timla kull kaxxa tingħata fil-parti ta’ fuq tal-paġna. Ladarba tkun imlejt il-kaxxi kollha ikklikkja fuq “Issejvja” u se jidher messaġġ ta’ konferma. Se tirċievi wkoll posta elettronika b’link għall-artiklu li tkun tellajt. Imbagħad is-Servizz ta’ Appoġġ Nazzjonali rilevanti tiegħek jew is-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali se jiċċekkja l-punt tal-aħbarijiet u jippubblikah jekk ikun rilevanti.
Jekk tixtieq tippubblika post ta’ blogg (pereżempju taqsam il-fehmiet tiegħek u intervista jew studju tal-każ) u jekk tixtieq tieħu sehem f’diskussjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra minn madwar l-Ewropa kollha, imla l-formola online tagħna. Jekk jogħġbok innota li biex ittella’ post ta’ blogg trid tkun irreġistrat u lloggjat fl-EPALE. Aktar informazzjoni dwar kif timla kull kaxxa tingħata fil-parti ta’ fuq tal-paġna. Ladarba tkun imlejt il-kaxxi kollha ikklikkja fuq “Issejvja” u se jidher messaġġ ta’ konferma. Se tirċievi wkoll posta elettronika b’link għall-post li tkun tellajt. Il-post ta’ blogg tiegħek imbagħad se tiġi vverifikata mis-Servizz ta’ Appoġġ Nazzjonali jew mis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali u se tiġi ppubblikata jekk tkun rilevanti.
L-istampi rilevanti jistgħu jżidu l-qawwa tal-messaġġ ta’ kwalunkwe kontenut ippubblikat. Jekk tixtieq ittella’ stampa mal-kontenut li tippubblika fl-EPALE (post ta’ blogg jew artiklu tal-aħbarijiet), l-EPALE toffrilek funzjoni biex ittella’ l-midja. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fil-mistoqsija Kif intella’ artiklu tal-aħbarijiet? jew Kif intella’ post ta’ blogg?. Il-menù tal-editjar fil-formola online pprovduta jippermettilek ittella’ stampa. Ikklikkja fuq l-ikona tal-midja biex tiftaħ kaxxa ġdida biex ittella’ stampa. Jekk jogħġbok innota li r-restrizzjoni tad-daqs hija ta’ 200 MB.
Iftaħ l-editur ta’ post ta’ blogg jew ta’ artiklu tal-EPALE. Ikklikkja l-buttuna iFrame fl-istrixxa tal-editor (l-ikona forma ta’ pjaneta). Ippejstja l-link ta’ inkorporazzjoni fil-qasam tal-URL. Tista’ wkoll iddaħħal dimensjonijiet adattati apposta għall-preżentazzjoni bis-slajds. Ikklikkja OK. L-iFrame se jidher fil-post tiegħek. Il-preżentazzjoni bis-slajds se tidher meta tippubblika l-kontenut tiegħek.
Biex tikseb il-link ta’ inkorporazzjoni mill-preżentazzjoni bis-slajds online tiegħek, iftaħ il-preżentazzjoni bis-slajds u fittex il-kodiċi ta’ inkorporazzjoni (xi kultant muri bis-simbolu </>). Fil-kodiċi magħżul, fittex il-URL ta’ inkorporazzjoni għall-preżentazzjoni bis-slajds. Dan se jkun fil-virgoletti. Ikkopja biss il-URL ta’ bejn il-virgoletti “ “.
Nota: Mhux possibbli tagħmel dan il-proċess billi tippejstja l-URL tal-preżentazzjoni bis-slajds mill-istrixxa tal-indirizz tiegħek għaliex dan mhux se jaħdem - il-links ta’ inkorporazzjoni biss jistgħu jiġu integrati.
Iftaħ l-editur ta’ post ta’ blogg jew ta’ artiklu tal-EPALE. Ikklikkja l-buttuna iFrame fl-istrixxa tal-editur (l-ikona forma ta’ Pjaneta). Ippejstja l-link ta’ inkorporazzjoni fil-qasam tal-URL. Tista’ wkoll iddaħħal dimensjonijiet adattati apposta għall-vidjow. Ikklikkja OK. L-iFrame se jidher fil-post tiegħek. Il-vidjow se jidher meta tippubblika l-kontenut tiegħek.
Biex tikseb il-link ta’ inkorporazzjoni minn vidjow YouTube, iftaħ il-vidjow tiegħek. Ikklikkja l-ikona "Share" u mur fuq it-tab “Embed”. Fil-kodiċi magħżul, fittex il-URL ta’ inkorporazzjoni għall-vidjow. Dan se jkun fil-virgoletti. Ikkopja biss il-URL ta’ bejn il-virgoletti “ “. Fuq pjattaformi oħra l-kodiċi ta’ inkorporazzjoni jista’ jintwera bis-simbolu </>.
Nota: Mhux possibbli tagħmel dan il-proċess billi tippejstja l-URL tal-vidjow mill-istrixxa tal-indirizz tiegħek għaliex dan mhux se jaħdem - il-links ta’ inkorporazzjoni biss jistgħu jiġu integrati.
Biex tfittex kontenut fuq il-pjattaforma, ittajpja kelma relatata jew it-titlu speċifiku tal-kontenut li tixtieq issib fil-kaxxa tat-tfittxija li tinstab fil-paġna ewlenija u kklikkja fuq il-lenti (jew agħfas “Enter”). Din se tiftaħ paġna ġdida fejn tista’ tiffiltra r-riżultati skont id-data, ir-rilevanza, it-titlu, l-awtur, it-tip ta’ kontenut, il-lingwa u l-pajjiż.
Jekk ħloqt sħubija jew qed toħloq sħubija, spazju kollaborattiv huwa l-ispazju perfett għalik biex tiddiskuti ideat ta’ proġetti potenzjali, tiżviluppa applikazzjonijiet u taqsam dokumenti, mingħajr ma timla l-inbox tiegħek. Tista’ titlob Spazju Kollaborattiv fiż-żona tat-tfittxija tas-sħab. Se tintalab tagħti isem għall-grupp tiegħek u tagħti informazzjoni dwar l-iskop tal-grupp, it-tema tal-EPALE li għandu x’jaqsam magħha u l-udjenza fil-mira. Se tintalab ukoll biex tagħti isem ta’ kuntatt li se jaġixxi bħala l-moderatur ewlieni tal-ispazju. Meta tkun issejvjajt, it-Tim ta’ Appoġġ Ċentrali se jivverifika t-talba tiegħek u se jagħmel kuntatt miegħek. Għal xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lil helpdesk@epale-support.eu.
Jekk tixtieq titlob komunità ta’ prattika, żur il-paġna Komunitajiet ta’ Prattika hawn u imla l-formola online hawn. Meta tkun issejvjajtha, it-Tim ta’ Appoġġ Ċentrali se jivverifika t-talba tiegħek u se jagħmel kuntatt miegħek. Għal xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja helpdesk@epale-support.eu.
Ġenerali
EPALE hija komunità multilingwi ta’ professjonisti tat-tagħlim għall-adulti. L-għan tagħha huwa li ttejjeb il-kwalità u l-għoti tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa, tistabbilixxi settur ta’ tagħlim għall-adulti pan-Ewropew b’saħħtu, u tippermetti lill-professjonisti tal-edukazzjoni għall-adulti u l-multiplikaturi jilħqu lill-adulti kollha.
Għalhekk, jekk inti involut fit-tagħlim għall-adulti bħala impjegatur jew bħala professjonista tat-taħriġ, voluntier, persuna li tfassal il-politika jew akkademiku, allura EPALE qiegħda tinbena għalik!
EPALE twaqqfet bl-istudent adult bħala l-benefiċjarju aħħari tal-iżvilupp tas-settur tat-tagħlim għall-adulti, kemm jekk dan ikun f’ambjent formali kif ukoll f’ambjent mhux akkademiku. Madankollu, is-sit fir-realtà jimmira dawk li jwasslu u jorganizzaw l-edukazzjoni għall-adulti aktar milli l-istudenti nfushom.
EPALE bdiet tiġi żviluppata fir-Rebbiegħa 2014, u d-diversi funzjonijiet qegħdin gradwalment jitqiegħdu għad-dispożizzjoni. Nistennew li l-pjattaforma kollha sejra tkun lesta fil-bidu tal-2015.
EPALE twaqqfet bik u l-professjonisti tat-tagħlim oħrajn inkonsiderazzjoni, biex tkunu tistgħu titgħallmu minn xulxin u tiżviluppaw il-prattika professjonali tagħkom. Is-sit huwa mmirat lejn l-għalliema, il-ħarrieġa, ir-riċerkaturi, l-akkademiċi, dawk li jfasslu l-politika u l-professjonisti li jaħdmu fi ħdan is-settur tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa kollha. Is-sit joffri diversi għodod tassew utli inkluż kalendarju ta’ avvenimenti, glossarju ta’ termini, l-aħħar aħbarijiet dwar it-tagħlim għall-adulti u librerija ta’ riżorsi (li sejra tkun disponibbli dalwaqt).
Hekk kif is-sit jiżviluppa ser tkun tista’ tiskambja materjali ta’ tagħlim u prattika tajba, kif ukoll ideat u riżorsi, ma’ oħrajn madwar l-Ewropa kollha. Barra minn hekk, is-sit sejjer joffri faċilità ta’ tfittxija tal-imsieħba biex jgħinek issib imsieħba biex tingħaqad magħhom, tiskambja l-prattika tajba u tiżviluppa proġetti konġunti magħhom.
EPALE hija inizjattiva tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) tal-Kummissjoni Ewropa, li huma impenjat biex jagħmilha karatteristika permanenti tax-xenarju Ewropew tat-tagħlim għall-adulti.
Immonitorjata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura(EACEA), EPALE hija ġestita fuq bażi ta’ kuljum minn Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali (CSS) li jista’ jiġi kkuntattjat bl-email fuq helpdesk@epale-support.eu jew ċempel lill-helpdesk ta’ EPALE fuq +44 (0) 121 212 8934.
Mill-Ħarifa 2014, is-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali (NSS) sejrin jaħdmu wkoll flimkien mas-CSS, biex jgħinu jimlew EPALE b’kontenut interessanti u uniku.
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar is-Servizzi ta’ Appoġġ Ċentrali u Nazzjonali
billi ssegwi l-links li ġejjin:
Is-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali (CSS) huwa konsorzju ta’ żewġ organizzazzjonijiet, Ecorys UK u Intrasoft Ltd, li jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw u jimmaniġġjaw EPALE. Is-CSS jaħdem flimkien mas-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali ta’ EPALE, l-esperti tat-tagħlim għall-adulti u l-partijiet interessati fit-tagħlim għall-adulti biex jipprovdu kontenut attwali u rilevanti għall-pjattaforma. Is-CSS jimmaniġġja wkoll il-helpdesk, sejjer jibgħat newsletter regolari u jimmaniġġja komunikazzjonijiet tal-midja soċjali.
Is-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali (NSSs) inħatru mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi li jieħdu sehem fil-programm Erasmus+ biex jgħinu joħolqu kontenut għal EPALE u janimaw il-pjattaforma. Sejrin jaħdmu mill-qrib mas-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali (CSS) biex jippubblikaw kontenut tas-sit ta’ kwalità għolja u jħeġġu d-dibattiti. L-NSSs sejrin jiffukaw ukoll fuq li jwasslu EPALE lill-komunità tal-edukazzjoni għall-adulti f’pajjiżhom u fuq li jimmotivaw lill-komunitajiet tagħhom jieħdu sehem f’EPALE.
L-NSS għal EPALE jirċievu kofinazjament mill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-NSSs kollha sejrin jiġu ppubblikati fuq il-websajt ta’ EPALE fil-Ħarifa tal-2014, ladarba jsiru operattivi. Huwa rrakkomandat li kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok, anki dawk speċifiċi għall-pajjiż, għall-ewwel jiġu indirizzati lis-CSS.
EPALE hija ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-istrateġija globali ta’ tagħlim għall-adulti għat-tagħlim tul il-ħajja. Oriġinarjament, appoġġjat mill-programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja/Grundtvig (2007-2013), il-finanzjament issa huwa pprovdut permezz tal-Azzjoni Ewlenija 2 tal-programm Erasmus+ (2014-2020).
Il-kofinanzjament huwa pprovdut ukoll mill-gvernijiet tal-Istati Membri sabiex l-NSSs ikunu operattivi.
EPALE hija appoġġjata taħt l-Artikolu 14.1.b tad-deċiżjoni legali li tadotta l-programm Erasmus+. Għandha wkoll rwol importanti fl-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għall-2011 għal Aġenda Ewropea Mġedda għat-Tagħlim għall-Adulti u l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020.
Erasmus+ huwa l-programm il-ġdid tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għall-2014-2020, li għandu l-għan li jżid il-kwalità u r-rilevanza tal-kwalifiki u l-ħiliet. Jissostitwixxi l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP) u l-programm Grundtvig (Edukazzjoni għall-Adulti).
Erasmus+ huwa miftuħ għal studenti, għalliema, apprendistati, voluntiera, mexxejja żgħażagħ u nies li jaħdmu fl-isport tad-dilettanti. Jipprovdi wkoll fondi għal sħubijiet bejn istituzzjonijiet edukattivi, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, intrapriżi, awtoritajiet lokali u reġjonali u NGOs, kif ukoll appoġġ għar-riformi fl-Istati Membri biex jimmodernizzaw l-edukazzjoni u t-taħriġ u biex jippromwovu l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-impjegabbiltà.
Il-programm Erasmus+ jiffinanzja EPALE permezz tal-Attività Ewlenija 2; huwa appoġġjat skont l-Artikolu 14.1.b tad-deċiżjoni legali li tadotta l-programm Erasmus+ u jiffoka fuq it-tagħlim għall-adulti u l-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwu (C-VET).
eTwinning huwa post virtwali fejn tiltaqa’ għal xogħol kollaborattiv bejn l-iskejjel, l-għalliema u t-tfal, u jorganizza avvenimenti għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema. EPALE għandha l-għan li tibni komunità online għas-settur tat-tagħlim għall-adulti u l-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti.
Permezz tal-kalendarju pan-Ewropew, EPALE sejra tagħti informazzjoni dwar il-korsijiet u l-avvenimenti ta’ interess għall-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti. Il-pjattaforma ta’ EPALE ser ikollha wkoll firxa wiesgħa ta’ riżorsi edukattivi, aħbarijiet, avvenimenti u għodod ta’ netwerking, b’kontenut ta’ kwalità għolja identifikat minn esperti fil-qasam u tradott f’lingwi ewlenin.
F’dan l-istadju, mhuwiex previst li l-kalendarju sejjer jinkludi avvenimenti għall-għalliema tal-iskola primarja u sekondarja, bħal f’eTwinning, peress li EPALE tiffoka fuq l-istudenti adulti bħala l-utenti aħħarin. Huwa importanti li tinnota li, b’differenza minn eTwinning, EPALE mhux sejra toffri l-possibbiltà ta’ klassijiet doppji, peress li ma jeżistux klassijiet għall-adulti fl-istess mod bħalma jsir fl-edukazzjoni primarja u sekondarja.
EPALE huwa post virtwali fejn jistgħu jiltaqgħu l-prattikanti tat-tagħlim għall-adulti u l-organizzazzjonijiet fil-livell Ewropew. Is-sit għandu numru ta’ funzjonijiet uniċi:
Sħubija miftuħa;
Il-kontenut multilingwi tal-master u paġni importanti, siltiet u riżorsi appoġġjati minn strateġija għall-multilingwiżmu għall-kontenut kollu;
Kalendarju pan-Ewropew li tista’ tfittex fuqu l-korsijiet u l-avvenimenti ta’ interess għall-professjonisti ta’ tagħlim għall-adulti;
Żvilupp ta’ kontenut immexxi mill-utent permezz ta’ stħarriġ u klassifikazzjonijiet, filwaqt li l-utenti jidentifikaw, jikklassifikaw u jikkondividu l-materjali, l-għodod u r-riżorsi;
Faċilitajiet ta’ tfittxija tal-imsieħba formali u informali permezz tal-karatteristiċi "ikkuntattjani" u "segwini";
Il-profili tal-utenti pan-Ewropej biex isiru rabtiet u jiġu identifikati l-partijiet interessati u l-membri tal-komunità, il-kontropartijiet f’pajjiżi oħra, eċċ.
Hekk kif is-sit jiżviluppa, sejjer ikun hemm ħafna opportunitajiet biex tkun tista’ tinvolvi ruħek. Il-membri ta’ EPALE sejrin jiġu mistiedna biex jiskambjaw aħbarijiet, fehmiet, ideat u riżorsi (inkluż dokumenti ta’ politika u materjali rilevanti prodotti mill-proġetti) ma’ oħrajn madwar l-Ewropa.
Biex issir membru ta’ EPALE sejjer ikollok bżonn issir utent irreġistrat fuq is-sit. Għal aktar informazzjoni dwar kif tirreġistra jekk jogħġbok ara:
Tista’ tikkuntattjana bit-telefown fuq + 44 (0)121 212 8934 jew bl-email fuq helpdesk@epale-support.eu bi kwalunkwe mistoqsija.
Is-sit ta’ EPALE sejjer ikompli jiġi żviluppat matul ix-xhur li ġejjin. Sabiex iżżomm ruħek aġġornat bi kwalunkwe żvilupp, jekk jogħġbok abbona fin-newsletter tagħna.
Tista’ wkoll issib EPALE fuq Twitter, Facebook u LinkedIn:
Twitter:EPALE_EU
Facebook:EPALE.EU
LinkedIn:eplatform for adult learning in Europe
Jekk l-informazzjoni li qiegħed tfittex għandha x’taqsam mat-tagħlim għall-adulti, iżda ma tinsabx fuq il-websajt ta’ EPALE, allura jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk fuq helpdesk@epale-support.eu. Il-persunal tal-Helpdesk tagħna huwa appoġġjat minn grupp ta’ esperti tematiċi dwar it-tagħlim għall-adulti, li jistgħu jipprovdu assistenza f’sitt lingwi (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, it-Taljan u l-Pollakk) u għandna l-għan li nwieġbu kwalunkwe mistoqsija fi żmien jumejn tax-xogħol.
Avvenimenti/kalendarju
Il-Kalendarju tal-EPALE jipprovdi informazzjoni dwar l-avvenimenti ta’ tagħlim għall-adulti fil-livell Ewropew u nazzjonali. Dawn jinkludu konferenzi, seminars, sessjonijiet ta’ ħidma, seminars ta’ kuntatt, avvenimenti ġenerali, korsijiet ta’ taħriġ, MOOCs u ħafna aktar. Tista’ wkoll tfittex avvenimenti skont il-lingwa, il-post, id-data, it-tip ta’ avveniment, it-tema relatata u t-tip ta’ organizzatur.
Tista’ wkoll tippostja l-avvenimenti tiegħek stess fuq l-EPALE. Ara Nista’ nippowstja avveniment fuq il-kalendarju għal aktar informazzjoni dwra kif tagħmel dan.
Jekk taf dwar xi avveniment jew qed torganizza wieħed (konferenza, avveniment, sessjoni ta’ taħriġ, korsijiet, MOOCs, eċċ.) għall-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti, tista’ tissottomettilna l-informazzjoni billi tibgħatilna email fuq helpdesk@epale-support.eu. Jekk jogħġbok innota li l-avveniment tiegħek jeħtieġ li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
L-avveniment huwa relatat ma’ tagħlim għall-adulti (inkluż C-VET)?
L-avveniment jimmira partijiet interessati fit-tagħlim għall-adulti biss (jiġifieri mhux studenti)?
L-avveniment jindirizza wieħed mit-temi ewlenin ta’ EPALE?
L-avvenimenti kollha sottomessi sejrin jiġu vverifikati għall-kwalità mis-CSS. Jekk tkun meħtieġa informazzjoni ulterjuri, is-CSS sejjer jikkuntattjak.
Biex issib avveniment partikolari tista’ tagħmel tfittxija avvanzata u tinkludi l-lingwa u l-post fil-parametri tat-tfittxija. Jekk tibdel il-mod li bih jintwerew l-avvenimenti, dan jista’ jgħinek fit-tfittxija tiegħek. L-avvenimenti jistgħu jintwerew b’ħames modi differenti:
- Wiri annwali
- Wiri ta’ kull xahar
- Wiri ta’ kull ġimgħa
- Wiri ta’ kuljum
- Wiri f’lista
L-ewwel erba’ wirjiet sejrin juru t-titlu biss tal-avveniment fil-forma ta’ link. Meta ċċaqlaq il-kerser fuq it-titlu, sejra tinfetaħ kaxxa bit-tipi ta’ għodod u turi wkoll il-lingwa u l-pajjiż tal-avveniment. Id-data/ħin tal-avveniment huma rrappreżentati mill-post tal-avveniment fil-wiri (jum tas-sena, xahar, ġimgħa, jew siegħa tal-ġurnata). Jekk tikklikkja fuq it-titlu llinkjat, dan sejjer jieħdok lejn il-paġna sħiħa tal-avveniment.
Il-ħames wiri sejjer juri lista ta’ titli ta’ avvenimenti llinkjati għal-lingwa tal-avveniment u l-pajjiż murija taħthom. F’dan il-wiri, jekk tikklikkja fuq it-titlu, dan jieħdok ukoll għall-paġna sħiħa tal-avveniment.
Iva. Kollha għandna interessi differenti u għal din ir-raġuni, il-kalendarju tal-avvenimenti u l-lista għandhom mekkaniżmu ta’ filtru tal-avvenimenti.
L-avvenimenti jistgħu jiġu ffiltrati skont:
- Il-Pajjiż
- Il-lingwa tal-avveniment
- It-tema/sottotema
- Il-grupp fil-mira
- It-tip ta’ avveniment
- L-ispiża biex tattendi
- Meta sejjer isir l-avveniment (inkluż avvenimenti tal-passat għall-finijiet ta’ referenza)
- Kliem ewlieni
Il-filtri jistgħu jiġu kkombinati sabiex jiġu addattati għar-rekwiżiti tat-tfittxija tiegħek.
Xi kultant l-avvenimenti jiġu kkanċellati minħabba numru baxx ta’ parteċipazzjoni jew ċirkostanzi mhux previsti. Nitolbuk tinnota li l-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għall-kanċellazzjoni ta’ xi avvenimenti fil-kalendarju tal-EPALE. L-utenti huma avżati li għandhom jiċċekkjaw is-siti web individwali tal-avvenimenti b'mod regolari sabiex jiżguraw li huma jkunu jafu b'xi tibdil fl-avveniment.
Kontenut
Kull ħaġa f’dan is-sit sejra tiġi organizzata madwar ħames temi importanti ta’ tagħlim għall-adulti. Ir-riżorsi sejrin jiġu raggruppati taħt it-temi li ġejjin: ambjenti ta’ tagħlim li jappoġġjaw l-istudenti, ħiliet għall-ħajja, kwalità u politiki, u strateġiji u finanzjament.
Jekk tixtieq tikkontribwixxi għall-materjal rilevanti għal xi waħda mill-ħames temi ta’ EPALE, inkluż punti ta’ aħbarijiet, rapporti, avvenimenti u riżorsi interessanti, jekk jogħġbok ibgħat email bl-informazzjoni fuq helpdesk@epale-support.eu.
Ladarba tirreġistra bħala utent ta’ EPALE, sejjer tkun tista’ tikkummenta direttament fuq il-bloggs, tieħu sehem fil-forums, toħloq forums ġodda u tibda diskussjonijiet ġodda.
L-EPALE toffrilek l-opportunità li tirreklama l-konferenzi, il-korsijiet u s-seminars tiegħek fil-kalendarju tal-EPALE, u li tibni l-profil tal-organizzazzjoni tiegħek madwar l-UE kollha. L-avvenimenti inklużi fil-kalendarju se jinxterdu permezz tal-kontijiet tal-midja soċjali tal-EPALE, li jinkludu Twitter, Facebook u LinkedIn (jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Servizz ta’ Appoġġ Nazzjonali rilevanti tiegħek jew is-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali).
Jekk jogħġbok imla l-formola “Issuġġerixxi avveniment”. L-informazzjoni sottomessa se tiġi ssejvjata bħala abbozz fuq l-EPALE u se tintbagħat lill-NSS jew lis-CSS għal rieżami. Qabel ma jiġu ppubblikati fuq il-kalendarju tal-EPALE, l-avvenimenti kollha jgħaddu minn proċedura ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. Tista’ tintalab aktar informazzjoni dwar l-avveniment tiegħek.
Tista’ tuża l-EPALE biex tippromwovi r-riżultati tal-proġett ta’ tagħlim għall-adulti tiegħek. Tista’ ttella’ l-eżiti tal-proġett fiċ-Ċentru tar-Riżorsi jew tikteb studju tal-każ dwar il-proġett tiegħek fiż-żona tal-Blog. Biex ittella’ l-kontenut fuq l-EPALE trid tkun reġistrat.
L-ewwel nett, tista’ tiċċekkja l-Komunitajiet ta’ Prattika li diġà huma stabbiliti fl-EPALE billi żżur it-taqsima tal-Komunitajiet ta’ Prattika. Jekk interessat biex tissieħeb f’xi waħda minnhom, ikklikkja fuq it-titlu “Abbona għal grupp” taħt id-deskrizzjoni. Se tidher paġna ġdida li titolbok biex tikkonferma li tixtieq tissieħeb. Meta tkun ikkonfermajt se tirċievi wkoll posta elettronika. Jekk ma tistax issib komunità li tissodisfa l-bżonnijiet tiegħek tista’ tistabbilixxi waħda ġdida billi tissottometti talba. Meta tkun issejvjajt, it-Tim ta’ Appoġġ Ċentrali se jivverifika t-talba tiegħek u se jagħmel kuntatt miegħek. Għal xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lil helpdesk@epale-support.eu.
Kollaborazzjoni/Komunikazzjoni
Il-kanali ċentrali tal-midja soċjali tal-EPALE huma:
Twitter: EPALE_EU
Facebook: EPALE.EU
LinkedIn: Pjattaforma elettronika għat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa
Soundcloud: EPALE_EU
Kull wieħed mis-servizzi ta’ appoġġ nazzjonali tagħna għandu wkoll mezzi nazzjonali tal-midja soċjali, fejn tista’ ssib aktar kontenut nazzjonali għal pajjiżek. Ikkuntattja lis-Servizz Nazzjonali ta’ Appoġġ tiegħek għal aktar informazzjoni.
Is-sit ta’ EPALE joffri faċilità ta’ tfittxija tal-imsieħba (daqt disponibbli) biex tgħinek issib l-imsieħba biex tingħaqad magħhom, tiskambja l-prattika tajba u tiżviluppa proġetti konġunti magħhom.
Rekwiżiti tekniċi
L-EPALE għandha l-għan li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-akbar firxa ta’ utenti possibbli u ma tirrakkomandax l-użu ta’ xi pakkett tas-softwer partikolari. Nipprovaw nappoġġjaw il-verżjonijiet attwali tal-firxa l-aktar popolari ta’ brawżers fis-suq u li nisfruttaw bl-aħjar mod possibbli t-teknoloġiji l-ġodda disponibbli fi ħdanhom. Nirrakkomandaw li tagħmel ċert li jkollok installata l-aħħar verżjoni tal-brawżer tiegħek.
JavaScript irid ikun attivat fil-brawżer tiegħek.
L-EPALE ssegwi ċerti standards tal-web, bħal-livelli HTML 5, XHTML 1.0 Transitional, CSS 3 u WAI A. Dawn l-istandards inħolqu mill-World Wide Web Consortium (W3C) biex itejbu l-aċċessibbiltà għall-internet.
Grupp Mira/ Partijiet Partijiet ikkonċernati
Iva. EPALE hija pjattaforma bi sħubija miftuħa, li tippermettilek taqbad ma’ professjonisti oħra fit-tagħlim għall-adulti, prattikanti u voluntiera madwar l-Ewropa kollha.
L-għan tagħna huwa li nibnu komunità online madwar firxa ta’ riżorsi edukattivi, aħbarijiet, avvenimenti u għodod ta’ netwerking utli, b’kontenut ta’ kwalità għolja identifikat fil-qasam u tradott bil-lingwi ewlenin.
Is-sit joffri diversi għodod tassew utli inkluż kalendarju ta’ avvenimenti, glossarju ta’ termini, rapporti speċifiċi għall-pajjiż, l-aħħar aħbarijiet dwar it-tagħlim għall-adulti u librerija ta’ riżorsi (li daqt tkun disponibbli).
EPALE toffrilek ukoll l-opportunità li tirreklama l-konferenzi, korsijiet u seminars tiegħek fil-kalendarju online, u li tibni l-profil tal-organizzazzjoni tiegħek madwar l-UE kollha. L-avvenimenti inklużi fil-kalendarju sejrin jixxerrdu wkoll permezz tal-kontijiet tal-midja soċjali ta’ EPALE li jinkludu Twitter, Facebook u LinkedIn.
Tista’ tuża ċ-ċentru tar-riżorsi ta’ EPALE (li daqt sejjer ikun disponibbli) biex issir taf dwar prattiki tajba, materjal pedagoġiku, riżultati ta’ riċerka, eċċ., li tista’ ssib ta’ interess għall-proġett tiegħek.
Id-diversi funzjonijiet interattivi, inkluż forums ta’ diskussjoni, sejrin jippermettulek tiskambja prattika tajba ma’ professjonisti oħra fl-Ewropa. Barra minn hekk, is-sit sejjer joffri faċilità ta’ tiftix tal-imsieħba, jekk tkun trid issaħħaħ is-sħubija attwali tiegħek.
Jekk il-proġett tiegħek huwa ffinanzjat permezz tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja jew il-programm Erasmus+, ir-ri¿ultati tal-proġett tiegħek għandhom jittellgħu fuq il-Pjattaforma ta’ Tixrid Erasmus+, u EPALE tista’ tagħmel link magħhom hemmhekk. Jekk jogħġbok innota li l-mistoqsijiet relatati mal-Pjattaforma ta’ Tixrid Erasmus+ innifisha għandhom jiġu indirizzati lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek. Jekk trid li EPALE tagħmel link mar-ri¿ultati tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja l-helpdesk tagħna permezz tal-email fuq: helpdesk@epale-support.eu
Il-proġetti l-oħrajn kollha jistgħu jissottomettu riżorsi għal pubblikazzjoni diretta fil-librerija ta’ EPALE, jew għal link għall-websajt tagħhom. Jekk jogħġbok innota li l-esperti ta’ EPALE sejrin jiċċekkjaw li r-riżorsi proposti huma xierqa biex issir referenza għalihom f’EPALE (sejra tkun disponibbli aktar informazzjoni dwar dan daqt).
Il-kalendarju ta’ EPALE joffrilek ukoll l-opportunità li tirreklama l-konferenzi tal-proġett, il-korsijiet u s-seminars tiegħek, u tibni l-profil tal-proġett tiegħek madwar l-UE kollha. Tista’ tikkunsidra wkoll li tattendi avvenimenti ta’ organizzazzjonijiet oħra bħala opportunità biex ixxerred l-eżiti tal-proġett tiegħek. Jekk tixtieq tinkludi avveniment fil-kalendarju ta’ EPALE, jekk jogħġbok ikkonsulta l-paġna ddedikata tiegħek [link].
Bħala ġurnalist/a, jaf tixtieq iżżur il-kamra tal-aħbarijiet għall-aħħar aħbarijiet kollha dwar it-tagħlim għall-adulti. Barra minn hekk, is-sit joffri wkoll diversi għodod tassew ulti bħal kalendarju tal-avvenimenti u librerija ta’ riżorsi ta’ prattika tajba (li daqt tkun disponibbli), li tinkludi l-aħħar riżultati ta’ riċerka u sħarriġiet fit-tagħlim għall-adulti. Biex issib l-aħħar aħbarijiet kollha dwar it-tagħlim madwar l-Ewropa, EPALE huwa l-post li għandek iżżur.
Jekk tixtieq tirċievi informazzjoni regolari, aġġornata dwar it-tagħlim għall-adulti tista’ tabbona fin-newsletter tagħna.
Jekk qed tfittex xi informazzjoni speċifika oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja l-helpdesk tagħna permezz tal-email fuq: helpdesk@epale-support.eu
EPALE tipprovdi repożitarju ta’ riżorsi ta’ tagħlim għall-adulti (li daqt ikun disponibbli) inkluż informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka, statistika u riżultati tal-istħarriġ, kif ukoll rapporti speċifiċi għas-settur u sejbiet. Sejjer ikollok ukoll l-opportunità li tikkummenta fuq bloggs attwali u tikkontribwixxi fid-dibattiti. EPALE tinkludi wkoll kalendarju ta’ korsijiet u avvenimenti, inkluż konferenzi ta’ livell għoli, li jaf tkun interessat li tattendi.
Għalkemm EPALE ma tipprovdi ebda finanzjament, il-pjattaforma tipprovdi informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. Tista’ ssir taf aktar dwar dawn billi żżur il-websajt ta’ Erasmus+, il-programm il-ġdid tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għall-2014-2020, li għandu l-għan li jżid il-kwalità u r-rilevanza tal-kwalifiki u l-ħiliet.
Barra minn hekk, is-sit joffri wkoll faċilità ta’ tfittxija tal-imsieħba (li daqt sejra tkun disponibbli) biex tgħinek issib imsieħba biex tingħaqad magħhom, tikkollabora, tiskambja prattika tajba u tiżviluppa proġetti konġunti magħhom. Abbona fin-newsletter tagħna biex iżżomm ruħek aġġornat/a.
Tista’ tuża ċ-ċentru tar-riżorsi ta’ EPALE (li daqt sejjer ikun disponibbli) biex issir taf dwar prattiki tajba, materjal pedagoġiku, riżultati ta’ riċerka, eċċ, li tista’ ssib ta’ interess għall-iżvilupp tal-politika u d-diskussjonijiet tiegħek.
Id-diversi funzjonijiet interattivi, inkluż il-forums ta’ diskussjoni, sejrin jippermettulek tfittex u tidentifika prattika tajba minn professjonisti fl-Ewropa, u tagħmel stħarriġiet. Jekk tixtieq tirċievi informazzjoni regolari u aġġornata dwar it-tagħlim għall-adulti tista’ tabbona fin-newsletter tagħna.
Jekk qed tfittex xi informazzjoni speċifika oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk tagħna permezz tal-email fuq: helpdesk@epale-support.eu
Reġistrazzjoni
Le, iżda jekk trid tuża l-funzjonijiet kollha ta’ EPALE, issejvja t-tfittxijiet tiegħek jew uża s-servizzi interattivi, bħan-notifiki bl-email, l-eNewsletter, eċċ. – tista’ tirreġistra (mingħajr ħlas) fuq link.
Tista’ tirreġistra hawnhekk: link
Tista’ tagħżel l-isem tal-utent u l-password personali, u mbagħad ladarba tkun irreġistrajt, sejra tintbagħtlek email ta’ reġistrazzjoni awtomatika li titolbok tivvalida l-indirizz. Ladarba tkun għamilt dan, ser tkun tista’ tuża l-partijiet kollha tas-sit.
Huwa possibbli li utent ieħor diġà għażel l-isem tal-utent li għażilt int. Qabel terġa’ tipprova tirreġistra b’ieħor differenti, kun żgur li kklerjajt il-memorja u l-cache tad-disk fil-brawżer tiegħek. Imbagħad għażel isem l-utent u password differenti, u ladarba tkun irreġistrajt, sejra tintbagħtlek email ta’ reġistrazzjoni awtomatika li titolbok tivvalida l-indirizz. Jekk teħtieġ assistenza ulterjuri jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk ta’ EPALE permezz tal-email fuqhelpdesk@epale-support.eu.
Jekk insejt il-password tiegħek ser tkun tista’ tirrisettjaha billi tikklikkja fuq l-għażla Insejt il-password tiegħek fuq il-paġna tal-illoggjar tal-websajt ta’ EPALE.
Sejra tintbagħtlek email li titolbok tirrisettja l-password tiegħek. Sejjer tintalab iddaħħal il-password il-ġdid tiegħek darbtejn kif ukoll captcha (test tar-Ristruttur Pubbliku Awtomizzat Kompletament (‘Completely Automated Public Turing test’) - dan biex jiġi evitat l-ispam). Daħħal id-dettalji kollha u dan sejjer jilloggjak fuq il-pjattaforma ta’ EPALE bil-password il-ġdida tiegħek.
By submitting this form you will request to delete your EPALE account. We will take care of your request and we will send you a confirmation email.
Your account will be deleted, but the content you’ve published will still be displayed on EPALE without any reference to your personal data.