European Commission logo
idħol Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Fid-dinja tal-lum li qed tevolvi tant malajr, diffiċli tevita d-diskussjonijiet ta’ spiss anzjużi dwar l-IA u l-impatt potenzjali tagħha fuq l-impjiegi, it-tagħlim, u saħansitra r-relazzjonijiet tagħna. Xi esperti jbassru li fi ftit snin biss, l-IA tista’ taqbeż il-kapaċitajiet umani fi kważi kull qasam. Dan ix-xahar, nesploraw x’xeħta tista’ tieħu rivoluzzjoni ġusta u sostenibbli tal-IA madwar l-Ewropa—u kif l-apprendiment għall-adulti jista’ jaqdi rwol kruċjali fit-tiswir tagħha.

F’din l-edizzjoni tal-EPALE Newscast, Chris Kremidas-Courtney ifakkarna li filwaqt li l-IA bla dubju se tagħti tiswira ġdida lill-futur tagħna, xorta għandna leħen f’kif se jseħħ dan. B’mod partikolari, l-edukazzjoni tal-adulti tista’ tkun għodda b’saħħitha biex nitgħallmu nikkollaboraw mal-IA aktar milli tiġi toħdilna postna. Ir-riċerkatriċi Saskia Eschenbacher tissuġġerixxi li minflok ma nikkompetu mal-magni, għandna nisfruttaw dak li jagħmilna unikament umani. L-esperjenzi diversi tagħna, l-empatija, u l-ħila tagħna li nħaddnu l-vulnerabbiltà jibqgħu punti siewja u imprezzabbli biex nibnu konnessjonijiet u komunitajiet sinifikanti.

Il-konnessjonijiet umani huma wkoll fil-qalba tal-istrateġija mnedija reċentement tal-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ il-kapital uman madwar l-UE. sLil hinn mit-trawwim tal-ħiliet bażiċi u t-tagħlim kontinwu, l-appoġġ għall-moviment liberu tal-professjonisti b’livell għoli ta’ ħiliet u l-inkoraġġiment tal-kollaborazzjoni se jkunu essenzjali biex l-Ewropa tibqa’ kemm kompetittiva kif ukoll ġusta.

Heini Huhtinen

Unjoni ta’ Ħiliet biex Tgħammar lin-Nies għal Ewropa Kompetittiva

The Union Of Skills

L-Unjoni tal-Ħiliet tintroduċi approċċ komprensiv għat-tisħiħ tal-kapital uman madwar l-UE, permezz ta’ diversi inizjattivi u azzjonijiet ewlenin.

► Sir af aktar!

L-Element Uman: l-Ikkowċjar fl-Era tal-IA

The Human Element: Coaching in the Age of AI

Sir af kif it-teknoloġija qed tagħti xeħta ġdida lill-ikkowċjar u xi jfisser dan għall-konnessjoni umana, l-empatija u t-tkabbir. 

► Aqra aktar!

Erġa’ ara l-aħħar EPALE Newscast dwar it-Tranżizzjoni tal-IA

From Anxiety to Agency

Chris Kremidas-Courtney (konsulent anzjan għal Defend Democracy u sieħeb anzjan viżitatur fiċ-Ċentru tal-Politika Ewropea) jaqsam xi tagħrif dwar in-navigazzjoni tat-tranżizzjoni tal-IA fl-ambjenti edukattivi u l-iżvilupp tal-forza tax-xogħol.

► Araha issa!