L-Erasmus+ għall-Edukazzjoni għall-Adulti
L-Erasmus+ huwa l-programm tal-UE li jappoġġa l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa.
Il-programm tal-2021-2027 jagħmel enfasi kbira fuq l-inklużjoni soċjali, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u jippromwovi l-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika. Dan jappoġġa prijoritajiet u attivitajiet stabbiliti fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u fl-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropea. Il-programm jappoġġa wkoll
- il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali
- jimplimenta l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027
- jiżviluppa d-dimensjoni Ewropea fl-isport
L-Erasmus+ joffri opportunitajiet ta’ mobbiltà u kooperazzjoni, b’appoġġ imsaħħaħ għat-tagħlim tal-adulti.
Bħala parti mill-programm Erasmus+, l-EPALE għandha l-għan li ttejjeb l-iżvilupp tas-settur tal-edukazzjoni għall-adulti madwar l-Ewropa.
Skopri l-funzjonalitajiet tal-EPALE maħsuba biex isaħħu l-kooperazzjoni permezz tal-Erasmus+.