European Commission logo
Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Aħbarijiet

L-inawgurazzjoni tat-tieni kamra għat-tagħlim tal-adulti f'Malta

Profile picture for user christianne.
Christianne Fenech

Wara s-suċċess tal-proġett pilota, il-Proġett msemmi ‘Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti’ permezz tal-programm ‘Schools as Community Learning Spaces’ qed iniedi t-tieni kamra għat-tagħlim tal-adulti. Din id-darba fl-Induction Hub tan-Naxxar, skola li fiha tilqa’ studenti barranin biss, b’ġenituri li fil-biċċa l-kbira jaħdmu sigħat twal mit-Tnejn sal-Ħadd, u wħud minnhom la jitkellmu Malti u lanqas Ingliż.

 

Living is learning photo .

 

Permezz tal-lezzjonijiet li bdew jingħataw għall-ewwel darba s-sena skolastika li għaddiet fil-Malti u l-Ingliż, nibtu ħbiberiji ġodda u nħolqot komunità magħquda fejn il-ġenituri jgħinu lil xulxin u jagħmlu l-volontarjat fl-istess skola. Jonathan Portanier Mifsud, il-Kap ta’ din l-Iskola sostna li minkejja li l-ġenituri huma impenjati ħafna xorta huma dedikati għal uliedhom u jagħtu ħinhom għall-iskola kif ukoll għall-proġett innifsu. Fil-fatt ħamsa minnhom bajdu l-klassi minn jeddhom fil-ħin liberu tagħhom. Il-proġett f’din l-iskola tant kien suċċess li għal-lezzjonijiet li jmiss għandhom 70 ruħ interessati li jattendu għal-lezzjonijiet. Fil-bidu kien ikollhom medja ta’ 15-il ruħ attendenza.

Patrick Decelis, il-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina, faħħar is-sinerġiji u l-għaqda li kien hemm biex seħħ dan il-proġett u spjega li din se tkun “kamra użata għall-komunità. Biha npoġġu fil-prattika dak li nemmnu fih.”

Stephen Cachia, id-Direttur Ġenerali fid-Dipartiment għall-Kurrikulu, Tagħlim fit-Tul u Impjegabbiltà żied : “Din il-kamra se tkun oppportunità biex tgħin lill-ġenituri ta’ studenti li għandhom l-iktar bżonn.” Opportunità  li tagħti t-tieni ċans lil dawk l-adulti li ġarrbu esperjenza qarsa meta kienu żgħar fl-iskola biex ikomplu jitgħallmu f’ambjent maħsub apposta għalihom. Dan iwassal biex uliedhom iħossuhom iktar komdi jattendu l-iskola u jservu ta’ mudell għalihom li m’hemm xejn ħażin li tkompli titgħallem wara li tispiċċa mill-iskola.

“Dawn il-kmamar huma postijiet ta’ tagħlim fil-komunità u għalhekk qegħdin isiru fl-iskejjel tal-primarja. Nidentifikaw kamra fl-iskola u nittrasformawha għall-bżonnijiet tal-komunità, mhux għat-tagħlim biss imma anki biex tintuża għal-laqgħat differenti, kemm waqt ħin l-iskola u anka wara,” qalet Christianne Fenech, il-Maniġer tal-Proġett fid-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim fit-Tul u Impjegabbiltà. Alex Farrugia, id-Direttur għar-Riċerka, Tagħlim fit-Tul u Impjegabbiltà, semma’ kif minn proġett pilota fl-iskola tal-Belt id-Direttorat qed jimraħ biex ikollu firxa nazzjonali. Fil-fatt laħaq il-komunitajiet tal-Baħrija, il-Ħamrun u l-Isla minbarra n-Naxxar u l-Belt u hemm l-intenzjoni li jkompli li jinfirex f’iktar skejjel f’Malta u Għawdex.

 

Living is learning audience photo .
Login (0)

Trid tikteb artiklu?

Toqgħodx lura milli tagħmel dan!

Ikklikkja l-link t’hawn taħt u ibda ibgħat artiklu ġdid!

L-aħħar diskussjonijiet

Profile picture for user tom.borg.
Tom Borg

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More
Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More