European Commission logo
Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

News

Aħbarijiet

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol iniedi ‘l fuq minn 450 kors għall-adulti għas-sena akkademika 2020/2021

Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

PRESS RELEASE

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL, DIPARTIMENT TAL-INFORMAZZJONI

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol iniedi ‘l fuq minn 450 kors għall-adulti għas-sena akkademika 2020/2021.

 

Pr201351a

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici nieda uffiċjalment il-Prospett tal-korsijiet offruti għall-adulti għas-sena akkademika 2020/2021.


Il-Ministru Bonnici qal li t-tagħlim huwa proċess kontinwu tul il-ħajja u stqarr li, “aħna bħala Gvern ninsabu kommessi fit-tisħiħ tal-edukazzjoni għall-adulti sabiex dawn ikollhom opportunità jtejbu l-ħiliet tagħhom, jilħqu l-għanijiet personali, u jżidu ċ-ċans għall-impjegabilità. F’dinja moderna li għaddejja minn żvilupp kontinwu, l-edukazzjoni ma tistax tibqa’ limitata sal-età obbligatorja—l-iżviluppi kontinwi permezz tal-edukazzjoni huma ta’ importanza fundamentali. It-tagħlim mhux biss jissoda l-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva u l-iżvilupp personali, imma saħansitra s-sostenibbiltà, il-kompetittività u l-impjegabilità.”

“Jien kuntent ħafna nara li ċertu deċiżjonijiet ittieħdu wara li analizzajna l-impatti tagħhom kemm fuq l-istudenti kif ukoll fuq l-edukaturi. Dawn id-deċiżjonijiet se jġibu xi tibdil fil-mod kif jopera t-Tagħlim tul il-Ħajja imma jien ċert li l-bidliet li se naraw se jkunu ta’ benefiċċju għas-settur edukattiv. Li tbaxxi l-età tal-istudenti li jistgħu japplikaw għall-korsijiet li qed jiġu offruti u anki x-xogħol li sar għal uħud mill-korsijiet sabiex dawn ikunu jistgħu jingħataw onlajn se jkollu impatt pożittiv fuq dawk kollha nvoluti”, ikkonkluda l-Ministru Bonnici.

Għall-ewwel darba, numru ta’ korsijiet se jingħataw kompletament onlajn. Dan se jseħħ wara s-suċċess tat-tranżizzjoni mill-klassijiet tradizzjonali għal dawk onlajn waqt il-lockdown parzjali matul l-imxija tal-COVID-19, wara li l-klassijiet tas-soltu kellhom jitwaqqfu ħesrem minħabba l-pandemija.

Apparti minn hekk, minn din is-sena, l-età tal-applikazzjoni għall-korsijiet tniżżlet għal 15-il sena. Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala miżura preventiva kontra t-tluq bikri mis-sistema edukattiva, fejn se jkunu offruti lezzjonijiet b’rata raġonevoli ħafna għal dawk l-istudenti li ma jistgħux iħallsu għal-lezzjonijiet privati bi preparazzjoni għall-eżamijiet tas-SEC.

Matul is-sena akkademika 2019-2020, aktar minn 8,500 adult segwew il-korsijiet offruti mid-direttorat. Minkejja d-diffikultajiet li nqalgħu waqt l-imxija tal-coronavirus, il-korsijiet xorta waħda ngħataw b’suċċess kbir, anki jekk onlajn.

Waqt is-Sena Akkademika 2020/2021, il-Lifelong Learning Unit fi ħdan id-Direttorat tar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabilità se joffri aktar minn 400 kors f’77 suġġett differenti, li jinkludu anke suġġetti vokazzjonali.

Il-korsijiet offruti se jinkludu:
− Ħiliet Bażiċi li huma korsijiet introduttorji li jgħinu jsaħħu l-abbiltajiet bażiċi fil-qari, kitba, matematika u informatika.
− Tagħlim tal-Lingwa fi 11-il lingwa differenti offruti fuq livelli MQF 1 u 2, ĊES u Livell Avvanzat.
− Tisħiħ fl-Edukazzjoni u fil-Prospetti ta’ Karriera – dawn il-korsijiet li jinkludu tagħlim akkademiku kif ukoll vokazzjonali, huma mfassla speċifikament biex isaħħu l-prospetti ta’ karriera.
− Korsijiet Marbuta mas-Saħħa maħsuba sabiex jgħinu lill-istudenti jagħmlu għażliet siewja għal saħħithom.
− Espressjoni Kreattiva – aktar minn 20 kors ta’ arti u artiġjanat imfassla biex jagħtu l-opportunità lill-istudenti juru l-ħiliet kreattivi tagħhom.

Il-korsijiet immarkati MQF huma akkreditati mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE). L-applikazzjonijiet għall-korsijiet li se jibdew f’Ottubru 2020 sa Jannar 2021 jew Mejju 2021, se jkunu miftuħin mill-15 ta’ Lulju sas-7 ta’ Awwissu 2020.

Il-Prospett għall-korsijiet u l-applikazzjonijiet huwa disponibbli fuq is-sit www.lifelonglearning.gov.mt

 

Login (3)

Trid lingwa oħra?

This content may also be available in other languages. Please select one below
Switch Language

Trid tikteb artiklu?

Toqgħodx lura milli tagħmel dan!

Ikklikkja l-link t’hawn taħt u ibda ibgħat artiklu ġdid!

L-aħħar diskussjonijiet

Profile picture for user tom.borg.
Tom Borg

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More
Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More

Latest News

Avvenimenti li ġejjin