European Commission logo
Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Aħbarijiet

Korsijiet għat-Tagħlim Tul il-Ħajja 2017-2018

Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

 

Id-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Innovazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se jinawgura l-programm ta’ korsijiet ta’ tagħlim li jibdew f’Ottubru 2017. Bejn it-12 ta’ Lulju u l-4 ta’ Awwissu id-Direttorat se jkun qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għal madwar 458 kors tal-adulti f’90 suġġett differenti.

Dan il-programm ta’ tagħlim jinkludi korsijiet fil-ħiliet bażiċi fil-kitba u fil-qari, fil-Matematika u fil-Kompjuter. Jinkludi wkoll korsijiet akkreditati f’livelli differenti fi tnax-il lingwa: il-Malti, l-Ingliż, l-Għarbi, iċ-Ċiniż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljan, il-Ġappuniż, ir-Russu, l-Ispanjol u t-Tork.

Id-Direttorat joffri klassijiet ta’ tħejjija għal-Livell Ordinarju u Avvanzat, korsijiet tal-kompjuter u taħriġ vokazzjonali. L-għan ewlieni tad-Direttorat hu li jipprovdi kurrikulu li jpoġġi lill-istudenti fiċ-ċentru tal-attenzjoni billi jippromwovi l-ħsieb kritiku, ir-riflessjoni u t-tagħlim tul il-ħajja.  

Il-korsijiet huma mifruxa f’9 Ċentri għat-Tagħlim tal-Adulti, 34 kunsill lokali u 17-il organizzazzjoni mhux governattiva. Dawn jattiraw ’il fuq minn 10,000 student/a minn sittax-il sena ’l fuq. Ħafna mill-korsijiet huma twal 32 ġimgħa minn Ottubru sa Mejju. Il-ħlas tal-korsijiet huwa ssussidjat u jibda minn €18.63 għal korsijiet qosra u €46.59 għall-korsijiet taċ-ĊES.

Id-Direttorat jassigura li l-opportunitajiet ta’ tagħlim huma miftuħa għal kulħadd u li persuni ta’ kull età huma mħeġġa biex jilħqu l-potenzjal tagħhom. Joffri wkoll servizz ta’ għajnuna fejn il-koordinaturi tad-Direttorat jiggwidaw lill-applikanti biex jagħżlu l-kors addattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.     

Dawk interessati għandhom japplikaw billi jaċċessaw is-sit elettroniku www.lifelonglearning.gov.mt jew imorru personalment bejn it-8.30am u nofsinhar fil-binja tal-Edukazzjoni fi Triq l-Assedju, il-Furjana (tel: 2598 2291, 2598 2292).

 

 

Login (5)

Trid lingwa oħra?

This content may also be available in other languages. Please select one below
Switch Language

Trid tikteb artiklu?

Toqgħodx lura milli tagħmel dan!

Ikklikkja l-link t’hawn taħt u ibda ibgħat artiklu ġdid!

L-aħħar diskussjonijiet

Profile picture for user tom.borg.
Tom Borg

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More
Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More