L-enfasi ta’ EPALE: L-inklużjoni soċjali tal-gruppi vulnerabbli
![Profile picture for user Mahira.](/sites/default/files/styles/icon/public/pictures/picture-10767-1448450409.jpg.webp?itok=0exf1hQ9)
![Social inclusion of vulnerable groups Social inclusion of vulnerable groups.](/sites/default/files/styles/converted/public/social_inclusion-resized.jpg.webp?itok=Zrg-gDE1)
Matul dan l-aħħar deċennju, l-esklużjoni soċjali u d-diżimpenn tal-adulti kienu fost l-aktar punti ta’ tħassib sinifikanti li ffaċċjaw il-pajjiżi tal-UE. Hemm numru dejjem jikber ta’ nies li jsofru minn diversi effetti mis-sitwazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi li jaffettwaw l-Ewropa u l-pajjiżi ġirien tagħha. Xi adulti jinsabu partikolarment f’riskju li jiġu esklużi u marġinalizzati, pereżempju dawk b’diffikultajiet relatati mas-saħħa u mat-tagħlim, persuni li jitilqu kmieni mill-iskola, membri ta’ gruppi ta’ minoranza etnika, nies mingħajr dar, jew refuġjati u migranti.
Hawnhekk f’EPALE nemmnu li s-sistemi Ewropej tal-edukazzjoni għall-adulti għandhom il-potenzjal li jissodisfaw il-ħtiġijiet edukattivi ta’ dawn l-adulti u jibdlu l-ħajjiet tan-nies għall-aħjar. Żur il-paġni tematiċi ta’ EPALE dwar l-Inklużjoni Soċjali u l-Ostakoli għat-Tagħlim fejn il-komunità u l-gruppi nazzjonali ġabru artikli interessanti, riżorsi utli u studji tal-każ dwar is-suġġett (il-kontenut ivarja skont il-preferenza tal-lingwa tiegħek). Żur EPALE regolarment għal kontenut ġdid f’Awwissu u f’Settembru! |
Other website for discussion!