European Commission logo
Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Dwar

EPALE hija komunità ta’ sħubija Ewropea, multilingwi u miftuħa ta' professjonisti għat-tagħlim għall-adulti, inklużi edukaturi għall-adulti u min iħarreġ l-adulti, staff ta' gwida u appoġġ, riċerkaturi u akkademiċi, u dawk li jfasslu l-politika.

L-EPALE hija ffinanzjata mill-programm Erasmus+. Din hija parti mill-istrateġija tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi iktar opportunitajiet ta’ tagħlim, u aħjar, għall-adulti kollha.

L-EPALE tagħmel dan billi tappoġġa u ssaħħaħ il-professjonijiet tat-tagħlim għall-adulti. Tippermetti lill-membri jikkollegaw u jitgħallmu minn kollegi madwar l-Ewropa, permezz tal-posts tal-blogs, il-forums, l-għodda għat-Tiftix ta' Sħab tagħha, u dawn huma kkomplementati minn laqgħat fiżiċi.

L-EPALE tipprovdi ħafna informazzjoni ta' kwalità għolja u preċiża relevanti għall-prattikanti għat-tagħlim għall-adulti. Maż-żmien, iktar u iktar minn dan il-kontenut għandu jiġi pprovdut mill-membri nfushom. Tgħallem iżjed dwar kif tissieħeb mal-komunità ta’ EPALE.

EPALE għandha politika editorjali b’saħħitha li hija ffukata wkoll fuq il-komunità tat-tagħlim tal-adulti. Aħna rridu li l-utenti kollha tagħna jħossuhom milqugħin fis-sit tagħna, u li jafdaw l-informazzjoni li hija ppreżentanta fuq din il-pjattaforma. Aqra d-dikjarazzjoni sħiħa tal-politika editorjali tagħna (PDF, 307 KB).

Fuq bażi ta’ jum għal jum EPALE hija ġestita minn Tim Ċentrali ta’ Appoġġ bl-għajnuna ta’ 37 Tim Nazzjonali ta’ Appoġġ madwar l-Ewropa. Aħna impenjati biex ninvolvuk tul l-iżvilupp ta’ EPALE, biex b’hekk din tilħaq l-aspettattivi tiegħek u tagħtik dak li għandek bżonn biex tibqa’ aġġornat dwar l-iżviluppi fit-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa.

Issieħeb issa biex issir parti mill-akbar komunità tat-tagħlim tal-adulti tal-Ewropa!

EPALE hija ffinanzjata taħt il-programm Erasmus+ permezz tal-L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura. Tista’ tikkuntattja lid-DĠ EAC fuq eac-epale@ec.europa.eu jew bil-posta:

European Commission

DG Education, Youth, Sport and Culture

EACEA A2 - Erasmus+: Platforms, Skills and Innovation

Office SPA2 03/100

Avenue du Bourget1

BE - 1049 Brussels/Belgium

Jekk jogħġbok innota: L-aħbarijiet, l-opinjonijiet u r-riżorsi ppubblikati fuq is-sit tal-EPALE mhumiex dawk tal-Kummissjoni Ewropea.