Agħmel l-aħjar użu mill-EPALE billi tilloggja fil-kont tiegħek. Dan se jippermettilek tikklassifika u tikkummenta dwar il-kontenut, u se jagħtik aċċess għall-firxa sħiħa ta’ karatteristiċi tagħna.
Għeżież kollegi tal-EPALE,
Bi pjaċir nistednukom għad-diskussjoni online tagħna li jmiss li se ssir fit-18 ta' Marzu bejn l-10:00 u l-16:00 CET. Bħala parti mit-tema tagħna ta' Jannar-Marzu 2020 dwar l-Għarfien u l-protezzjoni ambjentali, id-diskussjoni se tiffoka fuq kif għandna nikkontribwixxu għall-Għarfien ambjentali fil-qasam tat-tagħlim għall-adulti. Se tkun l-okkażjoni t-tajba biex taqsmu l-istejjer, is-suġġerimenti, l-istudji tal-każijiet u l-prattiki tajbin tagħkom dwar dan is-suġġett mal-komunità tal-EPALE!
► Ingħaqad fid-diskussjoni online f’din il-paġna fit-18 ta’ Marzu fl-10am Ħin tal-Ewropa Ċentrali!
Id-Dehra Ġdida tal-Marka tal-EPALE
Bi pjaċir inħabbru li d-dehra ġdida viżwali tal-EPALE ġiet implimentata f'nofs Frar. Jekk għadek ma rajthiex, żur is-sit web u gawdi d-dehra ġdida tal-marka tagħna!
L-Aħħar Kontenut tal-EPALE
BLOGG: L-ambjent u t-tibdil fil-klima fil-proġetti Erasmus+ għall-Edukazzjoni għall-Adulti (MT)
Mit-tnedija uffiċjali tal-Programm fis-sena 2014, Erasmus+ inkluda l-“Ambjent u t-tibdil fil-klima” bħala wieħed mis-suġġetti possibbli li jistgħu jiġu indirizzati mill-proposti tal-proġetti.
RIŻORSA: Ġestjoni ambjentali: l-għarfien tal-bieraħ, l-għarfien espert ta' għada (EN, FR, DE, ES)
Proġett ta' Erasmus+ dwar l-iżvilupp sostenibbli bil-għan li l-għarfien jiġi ttrasferit bejn il-ġenerazzjonijiet biex jiġi restawrat u mtejjeb il-wirt rurali.
BLOGG:Kif Għandna Nnaqqsu l-Impatt tat-Taħriġ fuq... l-Ambjent? (EN, ET, DE, HR, MT, FR, EL)
L-Ambaxxatur tal-EPALE Veronika Tuul tagħtina ħarsa ġenerali lejn x'jista' jsir mill-professjonisti fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti biex jagħmlu għażliet aktar favur l-ambjent.
RIŻORSA:Kalkulatur tal-Impronta (EN, ET, SL)
Għodda utli kemm għall-istudenti adulti kif ukoll għall-edukaturi biex jiskopru l-impronta ekoloġika tagħna u jitgħallmu dwar soluzzjonijiet li jgħinuna nagħmlu inqas ħsara lid-dinja.
BLOGG:EPALE għal Għarfien Ambjentali (EN, CS, PL, FR, MT)
L-edukazzjoni għall-adulti kif tista' tikkontribwixxi għall-azzjoni globali kontra t-tibdil fil-klima?