European Commission logo
Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Aħbarijiet

Ħu sehem fil-kompetizzjoni #CedefopPhotoAward 2017!

Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

Mt_resized

 

It-tema tal-kompetizzjoni #CedefopPhotoAward 2017 hi ‘Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali: għid l-istorja tiegħek’

Min jista’ jieħu sehem

#CedefopPhotoAward 2017 hi miftuħa għal grupp (massimu ta’ tlieta min-nies) ta’ studenti VET, hi x’inhi l-età tagħhom, li huma mistennija jipproduċu ritratt oriġinali flimkien ma’ storja qasira li tispjega l-idea tax-xogħol tagħhom. Sottomissjonijiet individwali mhumiex aċċettati. 

 

Premji

Ir-rebbieħa tal-ewwel premju jivjaġġaw lejn Brusssell għaċ-ċerimonja tal-għeluq tal-ġimgħa Ħiliet Vokazzjonali Ewropej (#EUVocationalSkills) fl-24 ta’ Novembru.

Ir-rebbieħa tat-tieni premju jattendu għall-ftuħ tal-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ Tessaloniki (#TIFF58) fit-2 ta’ Novembru.

Ix-xogħlijiet kollha tar-rebbieħa u li jiġu warajhom se jintwerew f’wirjiet speċjali fiż-żewġt ibliet. Cedefop u l-Kummissjoni Ewropea se tkopri l-ispejjeż kollha tal-ivjaġġar u l-akkomodazzjoni tat-timijiet rebbieħa li jiġu fl-ewwel u fit-tieni post u tal-għalliem/ tutur għal kull grupp.

 

Regoli

Timijiet ta’ studenti VET fl-Unjoni Ewropea, li jikkonsistu sa tlieta min-nies, huma mitluba jipproduċu storja-ritratt oriġinali li jkun fiha minn tliet sa ħames ritratti, u deskrizzjoni għal magħha ta’ 100 kelma. Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta’ email fuq cedefopphotoaward@cedefop.europa.eu (link sends e-mail) flimkien ma’ applikazzjoni kompleta.

Data tal-Għeluq: 15 ta’ Lulju 2017 f’23:59 CEST

Kun af aktar dwar ir-regoli tal-applikazzjoni

 

 

Cedefop

Login (14)

Trid lingwa oħra?

This content may also be available in other languages. Please select one below
Switch Language

Trid tikteb artiklu?

Toqgħodx lura milli tagħmel dan!

Ikklikkja l-link t’hawn taħt u ibda ibgħat artiklu ġdid!

L-aħħar diskussjonijiet

Profile picture for user tom.borg.
Tom Borg

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More
Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More