Fokus tal-EPALE: Edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza


Minn Marzu sa Mejju 2019, il-fokus tematiku ewlieni tal-EPALE se jkun fuq l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza għall-adulti.
Bejn Marzu u Mejju, aħna fl-EPALE nixtiequ niffukaw fuq l-importanza tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza sabiex tinbena soċjetà responsabbli u l-adulti jitgħallmu jkunu kritikament konxji tax-xejriet fis-soċjetà. L-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tista’ tgħin lill-adulti biex jevalwaw dikjarazzjonijiet magħmula minn politikanti, jagħrfu aħbarijiet foloz, jeżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħhom u jieħdu sehem fi proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.
Hawnhekk fl-EPALE aħna napprezzaw ir-rwol importanti tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza li ttejjeb il-ħsieb kritiku tal-adulti u ġġiegħlhom jinvolvu ruħhom iżjed fis-soċjetà tagħhom. Żur l-EPALE b’mod regolari għal kontenut ġdid rigward l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza minn Marzu sa Mejju!
Xi artikli li diġà jeżistu u riżorsi dwar is-suġġett:
- Podcast tal-EPALE Mejju 2017: X'inhu ir-rwol tat-tagħlim tal-adulti fiċ-ċittadinanza attiva?
- Il-promozzjoni tat-tolleranza u l-fehim – ir-rwol uniku tal-edukazzjoni tal-adulti
- Ħiliet bażiċi għaċ-ċittadinanza attiva
- Insiru ċittadini attivi: Kif nistgħu nagħmlu l-edukazzjoni tagħna tal-adulti iżjed inklussiva?
- Taħlix Ħin - Approċċi Kreattivi għaċ-Ċittadinanza Attiva
- Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni
Sosyal Medya