European Commission logo
Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Blog

Blog

Alan Morgan, Storja tal-Komunità mill-Irlanda

Alan għandu entużjażmu kbir għall-edukazzjoni u ħerqan li jaħdem fuq l-iżvilupp ta’ mod ġdid ta’ tagħlim permezz tal-kunċett ta’ Metodi Pedagoġiċi Intraprenditorjali.

Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

02_card_alan_morgan_maltese_0

 

Jiena Speċjalista Intraprenditorjali u faċilitatur fl-Akkademja tal-Innovazzjoni tal-UCD (il-link hija esterna). Jien għandi entużjażmu kbir għall-edukazzjoni u ħerqan li naħdem fuq l-iżvilupp ta’ mod ġdid ta’ tagħlim permezz tal-kunċett ta’ Metodi Pedagoġiċi Intraprenditorjali.
Jiena bħalissa naħdem bħala Direttur tal-Programmi fl-Akkademja tal-Innovazzjoni għaċ-Ċertifikati/Diplomi Professjonali għall-Kreattività u l-Innovazzjoni fl-Edukazzjoni. Nemmen li kulħadd jeħtieġ ikollu mentalità intraprenditorjali biex jegħleb l-isfidi u biex jikkapitalizza fuq l-opportunitajiet biex jirnexxi fix-xogħol u l-ħajja fis-Seklu 21. Mentalità intraprenditorjali hija waħda li tgħaqqad il-kapaċità li tidentifika u toħloq ideat ta’ valur (soċjali, kulturali jew ekonomiċi) mal-kapaċità li titgħallem permezz ta’ iterazzjoni intenzjonata (tagħlim minn żbalji), flimkien mal-kapaċità li tinvolvi lill-oħrajn permezz tal-empatija, ix-xogħol f’tim u ħiliet effettivi ta’ komunikazzjoni.

Ilni naħdem fid-dinja akkademika mill-2012, u tajt lectures f’għadd ta’ kulleġġi tan-negozju Irlandiżi inkluż l-Iskola tan-Negozju ta’ Dublin fejn ħdimt bħala Direttur tal-Kors dwar il-Kummerċjaliazzjoni għal 3 snin.  Qabel ma dħalt fid-dinja akkademika, akkumulajt aktar minn 20 sena ta’ esperjenza intraprenditorjali u intraprendenti mifruxa mal-industrija kollha li tkopri l-bejgħ bl-imnut, is-servizzi u d-distribuzzjoni, fejn kelli rwoli fil-maniġment superjuri bħala Maniger Anzjan fil-katina tal-provvista u fit-tmexxija. Għandi MBA mill-Università John Moores f’Liverpool u bħalissa qed nistudja għal Dottorat fl-Edukazzjoni fl-Università Trinity Saint David f’Wales.

Smajt dwar l-EPALE mingħand kollega, iżda aċċessajt il-pjattaforma reċentement biss fit-30 ta’ April 2020. Jista’ jkun kmieni wisq għal risposta, iżda nħoss li l-EPALE tista’ tkun siewja ħafna.

Din is-sitwazzjoni ta’ emerġenza, riżultat tal-pandemija tal-Covid19, bidlitli ta’ taħt fuq il-ħajja ta’ kuljum tiegħi.

Issa qed naħdem mid-dar fuq l-iżvilupp u t-twassil tal-programmi tiegħi li qabel kienu jingħataw fil-klassi, eżempju klassiku ta’ adattament intraprenditorjali..!

Waqt il-kriżi, qed inkompli nitgħallem affarijiet ġodda, bħal pereżempju kif għandek tuża teknoloġija ġdida u kif tidra mod ġdid ta’ tagħlim, permezz ta’ diversi pjattaformi differenti ta’ vidjokonferenzi.

Sal-lum implimentajt ħafna soluzzjonijiet ġodda u innovattivi. Sibt modi ġodda ta’ kif ninteraġixxi mal-istudenti tiegħi fid-dinja virtwali. Id-differenza bejn it-tagħlim mill-bogħod u l-lezzjonijiet fil-klassi hija sinifikanti. L-ambjent ta’ tagħlim mill-bogħod jitlob ħafna aktar ippjanar u tħejjija minn naħa tal-għalliem.

L-esperjenza tiegħi tat-tagħlim elettroniku, it-tagħlim onlajn u l-mobilità virtwali kienet pożittiva, għalkemm kelli wkoll niffaċċja proċess iebes ta’ tagħlim.

M’għandi l-ebda dubju li din l-esperjenza se tibdel il-forniment tat-tagħlim lill-adulti fil-futur.

Mill-esperjenza tiegħi, l-istudenti tiegħi qed jirrispondu u jadattaw straordinarjament tajjeb għall-bidliet, hekk kif ilkoll flimkien qed naħdmu pass pass biex nadattaw għal din is-sitwazzjoni!

Login (13)

Kumment

Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri
Fri, 05/08/2020 - 17:40

This is an inspiring story! Well done for the provision of online learning. Are you only giving synchronous learning? Do you plan to use asynchronous learning in the future? 
Login (0)
Profile picture for user David LOPEZ.
David LOPEZ
Community Hero (Gold Member).
Mon, 06/08/2020 - 10:54

Très intéressant témoignage. Ne pensez vous pas que les méthodes vont aussi devoir changer. On a vu durant la crise une "transposition" de ce qui se faisait en présenciel sur le numérique. On a vu beaucoup de formations "descendantes". Les prochaines recherches importantes doivent se centrer sur changer les méthodes... Mais merci pour votre témoignage très intéressant

Login (0)

Trid lingwa oħra?

This content may also be available in other languages. Please select one below
Switch Language

Want to write a blog post ?

Toqgħodx lura milli tagħmel dan!
Agħfas fuq il-ħolqa t'hawn taħt u tella' artiklu ġdid!

L-aħħar diskussjonijiet

Profile picture for user tom.borg.
Tom Borg

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More
Profile picture for user Mahira.
Mahira Spiteri

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More

Latest News

Avvenimenti li ġejjin