Il-Kummissjoni tippubblika skedi informattivi minn sitt proġetti kulturali ta’ tagħlim tal-adulti
![Profile picture for user Mahira.](/sites/default/files/styles/icon/public/pictures/picture-10767-1448450409.jpg.webp?itok=0exf1hQ9)
![European_commission_svg_54](/sites/default/files/styles/converted/public/european_commission_svg_54.jpg.webp?itok=-PmW6JiK)
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-2018 bħala s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, il-Kummissjoni Ewropea ppubblilkat sitt skedi informattivi minn proġetti kulturali ta’ tagħlim tal-adulti, iffinanzjati mill-Programm Erasmus+ u li kienu ta’ suċċess.
Is-sitt proġetti magħżula kienu jkopru firxa wiesgħa ta’ pajjiżi minn madwar l-Ewropa u kienu jinvolvu aktar minn 1000 parteċipant, iżda li kollha kellhom ħaġa inkomuni – l-għan tagħhom kien li jippreservaw u jippromwovu l-wirt nazzjonali jew reġjonali jew iqajmu l-kuxjenza dwar tradizzjonijiet lokali mill-innittjar sat-tisjir.
Aċċessa l-iskedi informattivi dwar is-sitt proġetti ta’ tagħlim tal-adulti
Fil-bidu tas-sena, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li l-2018 kellha tkun iċċelebrata bħala s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali. L-għan kien li jiġi ċċelebrat il-wirt kulturali varjat tal-Ewropa u li tħeġġeġ lin-nies jiskopru u jinvolvu ruħhom fih permezz ta’ sensiela ta’ inizjattivi u avvenimenti madwar l-Ewropa kollha. L-EPALE ġiet involuta wkoll billi ddedikat ix-xahar kollu ta’ Jannar għall-arti u l-edukazzjoni kulturali għall-adulti. Dan wassal biex il-komunità ppubblikat għażla kbira ta’ artikli u opinjonijiet dwar is-suġġett.
.