European Commission logo
mtMalti
idħol Oħloq kont
Tista’ tagħżel diversi kliem b’virgola diviżorja

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Aħbarijiet

Tingħata bidu għall-14-il edizzjoni ta’ Darba waħda...

Img_1721_0

Fil-11 ta’ Ottubru 2017 bdiet l-14-il edizzjoni ta’ Darba waħda... f’Bormla, Malta, li fiha qed tlaqqa’ parteċipanti mill-Kalkara, il-Birgu, Bormla u l-Isla. Dan il-proġett jagħmel parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018 u għandu t-tmexxija ta’ Anna Formosa, li hi prattikanta ta’ applied drama. L-għan ewlieni tiegħu hu li jġib flimkien anzjani ma’ tfal biex jaqsmu l-memorji tagħhom, jirrakkuntaw l-istejjer, jipparteċipaw fi drama, jilagħbu, joħolqu affarijiet ġodda kif ukoll igawdu mill-kumpanija ta’ xulxin waqt li jitgħallmu minn xulxin f’ambjent kreattiv.

Darba waħda... toffri taħlita ta’ elementi. Tipprovdi opportunità lit-tfal biex jiżviluppaw interazzjonijiet b’saħħithom kif ukoll irawmu r-rispett lejn l-anzjani.  Toffri wkoll l-ispazju biex jitħalla legat billi jingħaddew stejjer u tradizzjonijiet liż-żgħar waqt li l-anzjani jingħatalhom il-valur mistħoqq fil-komunità tagħhom.  

 

Img_1721

 

 

Dan il-proġett beda fl-2015. Kull edizzjoni tikkonsisti f’sett ta’ għaxar workshops ta’ 90 minuta u kull darba ssir f’lokalità differenti f’Malta u Għawdex biex b’hekk jingħata ċans lil nies minn madwar il-gżira jieħdu sehem. Matul is-sessjonijiet il-parteċipanti jitgħallmu minn xulxin, jużaw il-kreattività tagħhom, jiżviluppaw lilhom infushom u jiksbu ħiliet ġodda waqt li jkunu qegħdin jieħdu gost f’ambjent kreattiv u sigur. Il-proġett ifittex li jippromwovi sens ta’ komunità, kuntentizza u anzjanità attiva li jindirizzaw solitudni u d-differenza bejn il-ġenerazzjonijiet.

Żur ukoll dan l-artiklu  li jispjega iktar fid-dettall dwar kif dawn is-sessjonijiet iservu ta’ għodda ta’ tagħlim informali għall-parteċipanti kollha. Għal aktar tagħrif żur il-paġna ta’ Facebook ta’ Darba waħda... jew ibgħat email fuq  darbawahda@valletta2018.org

 

 

Likeme (2)

Kumment

Manuprāt, šāds projekts ir vērtīgs. Pieredzes bagātais vecais cilvēks nejūtas vientuļš, jo var dalīties  ar savām zināšanām, padomiem un ir kas viņu uzklausa un gūst zināšanas. Veco cilvēku tas stiprina, ka viņš ir kādam vajadzīgs. Kopā pulcēšanās patīkamā gaisotnē, smieklos pavadīts laiks ir abpusēji radoša pieeja. "Mākslinieks var miljoniem parādīt to, kas notiek viena cilvēka dvēselē un vienam cilvēkam  atklāt to, kas notiek miljonu dvēselēs."
Likeme (0)