Avviż tal-cookies
Biex dan is-sit jaħdem kif suppost, aħna kultant inpoġġu fajls żgħar ta’ data msejħin cookies fuq l-apparat tiegħek. Il-biċċa l-kbira tas-siti jagħmlu dan ukoll.
X’inhuma l-cookies?
Cookie hija fajl żgħir ta’ test li sit web jissejvja fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta żżur is-sit. Jippermetti lis-sit web jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi tal-wiri oħrajn) fuq perjodu ta’ żmien, biex int ma jkollokx għalfejn toqgħod terġa’ ddaħħalhom meta tmur lura fis-sit jew tibbrawżja minn paġna għall-oħra. Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufa bħala cookies ta’ partijiet terzi.
Cookies persistenti huma cookies issejvjati fuq il-kompjuter tiegħek li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek, għall-kuntrarju ta’ cookie tas-sessjoni, li titħassar meta tagħlaq il-brawżer tiegħek.
Kull darba li żżur dan is-sit web se tintalab taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.
Aħna kif nużaw il-cookies?
Il-cookies fl-EPALE jintużaw jew għat-titjib tal-esperjenza tal-utent jew għall-ġbir ta’ data statistika anonima.
Cookies għat-titjib tal-esperjenza jaħżnu l-preferenzi u l-informazzjoni tal-utent li jtejbu ż-żjara tal-utent billi juru jew jaħbu ċerti elementi u jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw il-veloċità tas-sit.
Id-data statistika tinġabar bl-għan li jiġu identifikati x-xejriet tal-utenti u l-problemi possibbli. Din l-informazzjoni tgħin lit-tim tal-EPALE jippjana titjib futur.
Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni.
It-3 tipi ta’ cookies tal-ewwel parti li nużaw huma biex:
- naħżnu l-preferenzi tal-viżitaturi
- nagħmlu s-siti web tagħna operazzjonali
- ġbir ta’ data analitika (dwar l-imġiba tal-utent).
Tipi ta’ cookies
Sessjoni — dawn huma cookies li jeżistu biss għat-tul taż-żjara. Meta l-utent jagħlaq il-brawżer dawn il-cookies jgħaddu.
Persistenti — dawn il-cookies għandhom data ta’ skadenza u se jibqgħu f’fajl fil-kompjuter tal-utent sakemm tintlaħaq id-data ta’ skadenza. L-għeluq tal-brawżer mhux se jħassar dawn il-cookies iżda l-brawżer jista’ jintuża biex iħassarhom fi kwalunkwe ħin (informazzjoni dwar kif tħassar il-cookies).
Cookies użati fl-EPALE
Isem il-cookies | It-tip | Skadenza | Deskrizzjoni u għan |
---|---|---|---|
Cookies ta’ partijiet terzi
Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut ospitat minn servizzi kkuntrattati fuq dominji esterni għall-europa.eu, pereżempju l-kuntrattur tagħna li jgħin fit-tħaddim taċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct. L-hosting estern jista’ jkollu bżonn cookies sabiex jiffunzjona.
Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut minn fornituri esterni, eż. YouTube, Facebook u Twitter. Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma għandna l-ebda kontroll fuqhom. Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma tiġi installata l-ebda cookies ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek.
Fornituri terzi:
Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma barra mill-kontroll tal-EPALE. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.
Kif tikkontrolla l-cookies
Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq — għad-dettalji, ara aboutcookies.org. Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà qegħdin fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-browsers biex iwaqqfuhom milli jitqiegħdu. Jekk tagħmel dan, madankollu, jista’ jkollok taġġusta xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.