chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - En digital mötesplats för vuxenutbildare i Europa

Blogg

Natalia Georgieva, Storja tal-Komunità mill-Bulgarija

20/05/2020
av Mahira Spiteri
Språk: MT
Document available also in: EN FR

Jiena konsulenta freelance b’aktar minn 15-il sena esperjenza fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-tagħlim għall-adulti, u l-promozzjoni għall-bidla soċjali.
Ħadt sehem f’diversi proġetti mmirati biex itejbu l-kisbiet edukattivi tat-tfal, u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ minn komunitajiet marġinalizzati.
Bħala ħarrieġa żviluppajt programmi ta’ taħriġ ibbażati fuq l-esperjenza, prattiċi u interattivi għal-librara, l-għalliema u r-rappreżentanti tal-amministrazzjoni tal-istat.

Ilni li nħtart bħala esperta esterna għall-proġett tal-EPALE fil-Bulgarija sa mill-2016.
Dan tani l-opportunità li niżviluppa programm ta’ taħriġ dwar ir-rakkontar ta’ stejjer għall-EPALE (Storytelling for EPALE) għall-partijiet interessati u biex nippubblika l-istejjer tiegħi stess dwar it-tagħlim għall-adulti fit-taqsima tal-blogg tal-pjattaforma elettronika.
Sal-lum ktibt u ppubblikajt aktar minn 20 storja fuq il-
pjattaforma tal-EPALE tal-Bulgarija li jfittxu li jippreżentaw l-aħjar prattiki mis-settur tat-tagħlim għall-adulti fil-Bulgarija.
L-EPALE tispirani biex nippromwovi bidla soċjali permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti.

Il-COVID-19: Wasal iż-żmien li ndawru l-paġna

Il-COVID-19 jikkatalizza ħafna proċessi fi sferi differenti, inkluża l-edukazzjoni. L-iskejjel Bulgari, pereżempju, kellhom jaqilbu malajr u b’mod estensiv għal sistemi ta’ tagħlim oħrajn, b’għalliema u studenti jgħallmu u jitgħallmu b’mod remot onlajn. 
Dawn kienu lesti għal din il-bidla?
Stħarriġ nazzjonali rappreżentattiv bit-titolu “Esperjenzi onlajn tat-tfal fil-Bulgarija: Riskji u sikurezza
1, li sar fl-2016 wera li 97 % tat-tfal Bulgari ta’ bejn id-9 u s-17-il sena jużaw l-internet. L-età li fiha t-tfal “jibdew jużaw l-internet” qed tonqos b’mod kostanti, b’xi tfal jibdew sa mill-età ta’ 4 (3 %) jew 5 (6.8 %) snin. Kważi 24 % kellhom l-ewwel kuntatt tagħhom mal-web sal-età ta’ 7 snin, filwaqt li kważi 90 % saru utenti tal-internet sal-età ta’ 11-il sena.
Aktar minn nofs it-tfal jieħdu sehem fl-attivitajiet onlajn li ġejjin kważi ta’ kuljum: jaraw filmati qosra, jużaw netwerks soċjali, jisimgħu l-mużika u/jew jilagħbu logħob. Fl-istess ħin, 22 % biss tat-tfal jużaw l-Internet għal attivitajiet relatati mal-iskola u l-edukazzjoni fuq bażi ta’ kuljum.
Stħarriġ nazzjonali ieħor dwar l-attitudnijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-Bulgarija
2 juri li tifel/tifla minn kull tlett itfal iħossuhom aljenati b’mod sinifikanti mill-iskola, billi jħossu li din hija impożizzjoni esterna. Din l-ipoteżi hija appoġġata mill-kritika tagħhom tal-metodi tat-tagħlim u tar-rekwiżiti dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji moderni fil-proċess tat-tagħlim.

Il-COVID-19 waqqaf bla ma kien mistenni l-edukazzjoni tradizzjonali, u ħoloq mudell ġdid għall-komunikazzjoni bejn l-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri.

It-tfal tal-lum, li sa ftit taż-żmien ilu kienu qed iħejju għal-lezzjonijiet tagħhom billi jaqraw l-aktar kotba tal-iskola u manwali, kellhom jitgħallmu u jistudjaw b’mod remot onlajn.
It-tagħlim onlajn sar importanti daqs in-netwerking soċjali, l-użu tal-internet, li tara l-films u tisma’ l-mużika onlajn.
Jekk il-mod tradizzjonali ta’ tagħlim iddomina s-sistema skolastika s’issa, b’għalliema u professjonisti pedagoġiċi li użaw approċċi innovattivi għat-tagħlim fil-minoranza, illum kważi kulħadd qed juża pjattaformi diġitali bħal Google Classroom, MS Teams, Google Meet, ZOOM, u Webinars. Kważi kulħadd beda jadatta l-kurrikulu għar-rekwiżiti ta’ diversi pjattaformi, joħloq timijiet ma’ kollegi, u jiżviluppa preżentazzjonijiet, testijiet u xogħol tal-korsijiet.

Għalhekk, fl-istat ta’ emerġenza li nħoloq minħabba l-COVID-19, l-iskejjel qalbu għal mod diġitali ta’ tagħlim u tal-inqas għal issa, is-sistema tidher li qed taħdem.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza ħoloq b’mod urġenti Librerija Elettronika Nazzjonali fejn l-għalliema jistgħu jippubblikaw il-materjal edukattiv tagħhom, il-linji gwida didattiċi u metodoloġiċi u jaqsmu prattiki u approċċi ta’ tagħlim innovattivi.
Skont il-Ministeru, aktar minn 2 300 materjal edukattiv u aktar minn 4 000 fajl ittellgħu fil-pjattaforma f’ġimgħa waħda biss, u n-numru ta’ riżorsi li tniżżlu kien ta’ aktar minn 131 000.

Iżda mal-aħbar it-tajba jitqajjmu wkoll ħafna mistoqsijiet dwar din is-sitwazzjoni ġdida għall-iskejjel, l-għalliema u t-tfal Bulgari (b’mod ġenerali).

L-għalliema Bulgari huma mħarrġa biżżejjed biex ikunu jistgħu jaħdmu f’ambjent interattiv? Huma lesti li jissostitwixxu metodi antikwati u inadegwati b’approċċi moderni ta’ tagħlim? Hemm biżżejjed innovazzjonijiet pedagoġiċi li jistgħu jintużaw f’din is-sitwazzjoni l-ġdida? Il-kompetenza diġitali tat-tfal tissarraf f’għarfien diġitali eċċ.?
Hemm ħafna mistoqsijiet li għad iridu jitwieġbu.


Il-COVID 19 għamilha ċara li issa huwa l-waqt li naqilbu għal paġna ġdida fl-edukazzjoni.



Aħna nixtiequ li nisimgħu l-istorja tiegħek. Aqsam l-istorja tiegħek illum!

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn
  • Bild för Mahira Spiteri
    Really great to read about Bulgaria's successful story about online learning. Well done.