chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Elektroniczna platforma na rzecz uczenia się dorosłych w Europie

 
 

Serwis informacyjny

Korsijiet għat-Tagħlim Tul il-Ħajja 2018-2019

12/07/2018
Język: MT
Document available also in: EN HU

 

It-tagħlim għandu jkun aċċessibbli għal kulħadd u m’għandu jieqaf qatt. Dan kien il-messaġġ ewlieni fit-tnedija tal-programm ta’ korsijiet tal-adulti li se jibdew f’Ottubru li ġej u li jiġu organizzati mid-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabilità fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Sat-3 ta’ Awwissu d-Direttorat se jkun qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għal madwar 400 kors u 90 suġġett differenti.

Il-programm ta’ tagħlim jinkludi korsijiet fil-ħiliet bażiċi fil-kitba u fil-qari, fil-Matematika u fil-Kompjuter. Jinkludi wkoll korsijiet akkreditati f’livelli differenti fi tnax-il lingwa: il-Malti, l-Ingliż, l-Għarbi, iċ-Ċiniż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljan, il-Ġappuniż, ir-Russu, l-Ispanjol u t-Tork. Id-Direttorat joffri wkoll klassijiet ta’ tħejjija għal-Livell Ordinarju u Avvanzat u taħriġ vokazzjonali. L-għan ewlieni tad-Direttorat hu li jipprovdi kurrikulu li jpoġġi lill-istudenti fiċ-ċentru tal-attenzjoni billi jippromwovi l-ħsieb kritiku, ir-riflessjoni u t-tagħlim tul il-ħajja.  

Din is-sena l-korsijiet se jkunu mifruxa f’7 Ċentri għat-Tagħlim tal-Adulti, 35 kunsill lokali u 17-il organizzazzjoni mhux governattiva. Dawn jattiraw ’il fuq minn 10,000 student/a minn sittax-il sena ’l fuq. Ħafna mill-korsijiet huma ta’ 32 ġimgħa minn Ottubru sa Mejju. Il-ħlas tal-korsijiet huwa ssussidjat u jibda minn €18.63 għal korsijiet qosra u €46.59 għall-korsijiet tas-SEC.

Id-Direttorat jassigura li l-opportunitajiet ta’ tagħlim huma miftuħa għal kulħadd u li persuni ta’ kull età huma mħeġġa biex jilħqu l-potenzjal tagħhom. Joffri wkoll servizz ta’ għajnuna lill-applikanti biex jagħżlu l-kors addattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.    

Dawk interessati għandhom japplikaw billi jaċċessaw is-sit elettroniku www.lifelonglearning.gov.mt jew imorru personalment fil-binja tal-Edukazzjoni fi Triq l-Assedju, il-Furjana (tel: 2598 2291, 2598 2292) jew fil-Kunsilli Lokali jew fiċ-Ċentri Reġjonali ta’ servizz.gov.

 

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn