chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Elektronisch platform voor volwasseneneducatie in Europa

Blogs

Min seta’ jgħallem lil nannti kif tuża l-Whatsapp?

21/05/2020
door Mahira Spiteri
Taal: MT
Document available also in: FI EN SV ES PL HU

Ritratt: Canva

It-tifqigħa globali tal-coronavirus kixfet kemm il-ġenerazzjoni anzjana tista’ tkun vulnerabbli f’dinja dejjem aktar diġitalizzata. Matul l-awtoiżolament, it-tagħlim tal-ħiliet diġitali huwa wkoll it-tieqa għal ħafna forom oħra ta’ tagħlim.

Il-lejl li għadda, kont qed nitkellem fuq it-telefown ma’ nannti li għandha kważi 90 sena.

Bħal ħafna anzjani madwar id-dinja, bħalissa tinsab fi kwarantina minħabba l-miżuri ta’ tbegħid soċjali li l-gvern Finlandiż adotta fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Hija tinsab tajba, iżda qed timmissja ħafna ż-żjarat min-naħa ta’ uliedha u n-neputijiet tagħha, kif ukoll l-appuntament ta’ kull ġimgħa għall-workshop tax-xogħol tan-newl, u ż-żjarat lil-librerija.

Għalhekk ħsibt li tkun idea tajba jekk nintroduċiha għall-applikazzjoni għas-sejħiet bil-vidjo li jiena nuża regolarment biex niċċettja ma’ sħabi. Xtaqt ukoll naqsam magħha xi riżorsi ta’ libreriji diġitali li ħsibt li jistgħu jkunu ta’ interess għalija.

Iżda dan ma rnexxix

Ma kelli l-ebda idea ta’ kif stajt nittraduċi l-istruzzjonijiet tiegħi f’lingwa li nannti setgħet tifhem

Waqt li kont qed nipprova nispjegalha kif tuża WhatsApp, ta’ min jinnota li nannti qablet li tixtri mowbajl, biss wara li s-sena l-oħra miet nannuwi, sirt konxja ħafna tal-fatt li jiena ma kellix l-għodda t-tajba biex niggwidaha f’dak kollu relatat mad-dinja diġitali.

Ma sibna l-ebda bażi komuni, u ma kelli l-ebda idea ta’ kif stajt nittraduċi l-istruzzjonijiet tiegħi f’lingwa li nannti setgħet tifhem. Ma ħassejtnix frustrata bl-inkapaċità tagħha iżda bl-inkapaċità tiegħi stess.

Issa, jiena m’iniex edukatur tal-adulti, iżda għaddieli ħsieb dwar kemm hemm professjonisti fil-qasam tal-edukazzjoni, li minkejja l-għarfien espert tagħhom f’oqsma oħra, bħalissa qegħdin jiffaċċjaw problemi simili għal tiegħi?

F’DINJA LI KULL MA JMUR QED TIXJIEĦ MALAJR U QED TINBIDEL MALAJR, neħtieġu edukazzjoni tul il-ħajja għall-etajiet kollha. Biex ikun rifless dan, l-ewwel tema tagħna għall-2020 hija msejħa Edukazzjoni għall-Adulti u Studenti Maturi (il-link hija esterna).

It-tagħlim tul il-ħajja huwa importanti biex in-nies jinżammu aktar fit-tul fil-forza tax-xogħol u biex jitħejjew għall-bidliet inevitabbli li jseħħu fil-ħajja tax-xogħol. Iżda huwa kruċjali li niftakru, kif tenfasizza l-lettur Anita Malinen, li l-irtirar m’għandux ifisser irtirar mit-tagħlim. It-tagħlim isarraf ukoll f’benesseri ġenerali, f’ċittadinanza attiva, f’sens ta’ skop f’ħajtek u fil-fatt li wieħed jibqa’ konness ma’ ħaddieħor – u dan huwa partikolarment minnu għaċ-ċittadini anzjani.

F’dan il-kuntest, xtaqna neżaminaw it-tagħlim matur minn diversi perspettivi. F’din il-ħarġa, se żżur kamp tar-refuġjati fejn ħaddiema soċjali b’ħafna esperjenza qed jitgħallmu ħiliet ġodda biex jgħinuhom ikampaw mal-impjieg stressanti tagħhom. Nesploraw ukoll kif iħossuhom adulti li jkunu qed jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż il-ġdid li qed jgħixu fih f’età adulta u kif l-anzjani u l-migranti jistgħu jgħinu t-tagħlim ta’ xulxin permezz tal-volontarjat.
 

Ħafna persuni anzjani huma prattikament priġunieri f’darhom stess, u t-tagħlim jista’ joffrilhom għodda tant meħtieġa biex jibqgħu attivi u jiġġieldu s-solitudni.

Madankollu, il-biċċa l-kbira tat-tweġibiet, jiddiskutu l-kompetenza diġitali tal-anzjani, u b’mod aktar speċifiku, in-nuqqas tagħha. Il-ħiliet batuti fejn jidħol l-għarfien tal-midja fost l-utenti anzjani tal-internet jistgħu, pereżempju, jikkontribwixxu għat-tixrid ta’ aħbarijiet foloz.

Aktar importanti minn hekk, peress li l-użu tal-għodod diġitali qed isir dejjem aktar in-norma fis-soċjetà, in-nuqqas ta’ kapaċità ta’ tali użu jwassal għal riskju akbar ta’ esklużjoni soċjali.

It-tifqigħa globali tal-coronavirus kixfet aktar kemm il-ġenerazzjoni anzjana tista’ tkun vulnerabbli f’dinja dejjem aktar diġitalizzata. Ħafna persuni anzjani huma prattikament priġunieri f’darhom stess, u t-tagħlim jista’ joffrilhom għodda tant meħtieġa biex jibqgħu attivi u jiġġieldu s-solitudni.

Iżda peress li kull ma jmur aktar servizzi essenzjali qed isiru aċċessibbli onlajn u qed jitħeġġeġ it-tagħlim mill-bogħod, fejn se jispiċċaw dawk li jħossuhom mitlufin fid-dinja diġitali?

Kif Pirkko Ruuskanen-Parrukoski jesprimi tajjeb ħafna fil-kitba tiegħu, neħtieġu taħriġ diġitali bbażat fuq pedagoġija għall-anzjani biex tiffaċilita l-ħajja ta’ kuljum, u neħtieġuha b’mod urġenti. Peress li t-tagħlim tradizzjonali wiċċ imb’wiċċ mhuwiex possibbli bħalissa, it-tagħlim tal-ħiliet diġitali huwa wkoll it-tieqa għal ħafna forom oħra ta’ tagħlim.

B’xorti tajba, diġà għandna eżempji ta’ inizjattivi innovattivi ta’ taħriġ diġitali mmirati b’mod partikolari lejn studenti aktar maturi. F’Mettmann, il-Ġermanja, l-anzjani tgħallmu jużaw il-midja onlajn billi żviluppaw applikazzjoni li tgħin lil anzjani oħra jmorru minn post għall-ieħor madwar il-belt bla xkiel. Bħala parti mill-proġett Finlandiż Netikäs, grupp ta’ persuni anzjani jużaw Skype biex jiltaqgħu u jiddiskutu l-għarfien tal-midja.

Il-kriżi attwali diġà ħarbtet ħafna ħajjiet u se jkollha riperkussjonijiet sinifikanti u fit-tul.

Xi ħaġa li joħroġ biċ-ċar hi li lkoll għandna bżonn lil xulxin sabiex nadattaw għal ċirkostanzi mhux mistennija. Iż-żgħażagħ jistgħu jitgħallmu mill-ġenerazzjoni anzjana, u daqstant ieħor bil-kontra. Biex dan ikun possibbli, forsi issa huwa ż-żmien li jsir investiment f’perkorsi aktar aċċessibbli għal studenti ta’ kull età?
 

 

Auther Heini Huhtinen huwa l-Editur Kap ta’ Elm Magazine. Dan il-blogg ġie ppubblikat għall-ewwel darba f’ELM Magazine (il-link hija esterna) fl-1 ta’ April 2020

 

 

Auther Heini Huhtinen  is the editor-in-chief of Elm Magazine. This blog was first published in ELM Magazine 1.4.2020

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn
Refresh comments Enable auto refresh

1 - 3 van 3 weergegeven
  • afbeelding van Dóra Czirfusz
    AgeUK's initiative is also very interesting on this topic, with several informative materials and courses to help seniors gain digital confidence. Topics are about how to stay safe online or how to contact others, and there is also a great glossary with the most frequently used digital expressions: https://www.ageuk.org.uk/information-advice/work-learning/technology-int...
  • afbeelding van Izabela Kulej
    Niesamowite, że ludzie poradzili sobie z tak szybkim rozwojem technologii, bo tak było w pewnym momencie trzeba było opanować wiele nowych ,,języków'', które już niby znaliśmy ale widocznie nie za dobrze. Poradzić musieli sobie i Ci młodsi i Ci starsi. To dowód na to, że człowiek może uczyć się całe życie. Wielu starszych ludzi z nudy uczyło się tej całej technologii, ale też dlatego bo chcieli być nadal aktywni, chcieli wiedzieć co się dzieje i nie chcieli czuć się samotni, bo tak ważne w tych czasach jest to by zostali w domu i dbali o siebie. Młodsze pokolenie miało za zadanie nauczyć ich tego co najważniejsze, by potrafili kontaktować się z innymi gdy czegoś potrzebują, by być wśród ludzi poprzez media społeczne, skoro nie da się z nimi normalnie spotkać. Wydaje mi się, że należało im się to od młodszego pokolenia za to choćby, że nauczyli nas do czego służy łyżka albo jak się wiąże buty.
  • afbeelding van Malgorzata Dybala
    Teraz świat (niezależnie od tego, czy to dobrze czy źle) opiera się na komunikacji online. I tego powinni uczyć się starsi, nie tylko w czasach COVID-19. Trudno się z tym pogodzić, że wnuki chętniej porozmawiają z dziadkami poprzez komunikator niż wpadną z wizytą, ale może to być też punkt zwrotny w wielu relacjach. Może różne pokolenia dzięki sieci zobaczą, że mają wspólne zainteresowania? Spotkania online w grupie facebookowej zmienią się w takie na żywo? A sam internet, narzędzia czy aplikacje okażą się nie takie straszne...