chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Elektronisch platform voor volwasseneneducatie in Europa

Blogs

Lejlja Bajić, Storja tal-Komunità mill-Bożnija-Ħerzegovina

20/05/2020
door Mahira Spiteri
Taal: MT
Document available also in: EN CS SK FR

 

Jisimni Ljilja Bajić u twelidt fit-12 ta’ Novembru 1987 fil-belt ta’ Banja Luka. Jien għalliem tal-lingwa u tal-letteratura bl-Ingliż b’esperjenza kbira u kkwalifikata, b’aktar minn tnax-il sena ta’ esperjenza ta’ tagħlim tal-adulti u t-tfal. Wara li gradwajt mill-Iskola Sekondarja Elettroteknika “Nikola Tesla” f’Banja Luka (2006), inktibt mal-Fakultà tal-Filoloġija fl-Università ta’ Banja Luka. Iggradwajt bi grad BA fil-Lingwa u l-Letteratura Ingliża fl-2010.
Fl-2008, waqt li kont l-Università, bdejt naħdem fi skola tal-lingwa privata msejħa “Marco Polo”. Għal sitt snin ħdimt ma’ adulti u ma’ tfal tal-iskola sekondarja. Wara li gradwajt ħdimt bħala għalliema tal-Ingliż kemm fi skola primarja kif ukoll dik sekondarja f’Banja Luka. Fl-2012, wara li għaddejt b’suċċess mill-eżamijiet tal-Istat, sirt għalliema kwalifikata tal-lingwa u l-letteratura Ingliża.

Għal dawn l-aħħar erba’ snin kont qed immexxi l-klassijiet privati tiegħi stess, l-aktar fil-forma ta’ klassijiet wiċċ imb’wiċċ u klassijiet fi gruppi għal tfal u adulti ta’ kull età. Fl-aħħar ta’ April ta’ din is-sena, bdejt ngħallem onlajn fuq  il-pjattaforma tiegħi stess għat-tagħlim tal-Ingliż (il-link hija esterna) u dan għadni qed nagħmlu s’issa.

Sadanittant, kont qed naħdem fuq it-teżi tal-Master tiegħi bl-isem: “Niffaċilitaw it-Tagħlim tat-Tieni Lingwa għall-Istudenti Adulti – Studju tal-Każ”. Kont qed insegwi l-progress ta’ wieħed mill-istudenti tiegħi hekk kif huma waslu biex ilestu l-kors tal-livell A2 tagħhom bl-użu ta’ diversi metodi, approċċi, tekniċi, analiżi tal-iżbalji, intelligenza multipla u affarijiet bħal dawn. Jiena interessata fit-tagħlim, it-tagħlim tul il-ħajja, il-lingwi barranin, l-ivvjaġġar, il-midja, il-kummerċjalizzazzjoni onlajn u l-ikkampjar.

Smajt dwar l-EPALE mill-NSS tal-Bożnija-Ħerzegovina. Din immedjatament laqtitni bħala approċċ uniku għall-edukazzjoni tal-adulti.

Irreġistrajt mal-EPALE fl-2019. Madankollu, kont qed insegwi b’mod attiv l-EPALE fuq il-profil li għandi fuq Facebook għal dawn l-aħħar tnax-il xahar. Naħseb li l-EPALE hija importanti ħafna peress li tipprovdilna ħafna informazzjoni ġdida dwar żviluppi, xejriet u tekniċi ġodda fl-edukazzjoni għall-adulti.

Jien kont nagħti ħafna lezzjonijiet wiċċ imb’wiċċ qabel ma faqqgħet il-COVID-19, iżda, kif ġara lill-biċċa l-kbira tan-nies, kont tlift kull tama u bdejt inħossni mdejqa minħabba s-sitwazzjoni l-ġdida li qed niffaċċjaw riżultat tal-pandemija.

L-ewwel, l-adulti u t-tfal waqfu milli jattendu għal-lezzjonijiet tiegħi u l-biċċa l-kbira tagħhom lanqas biss riedu jippruvaw il-klassijiet onlajn. Huma kienu tal-fehma li s-sitwazzjoni l-ġdida u l-istat ta’ emerġenza ddikjarat sussegwenti se jgħaddu malajr u li kollox se jerġa’ lura għan-normal dalwaqt. It-tieni, uħud mill-istudenti tiegħi, l-aktar l-adulti, kienu mħassba dwar il-bidliet possibbli rigward is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u konsegwentement iddeċidew li jieħdu waqfa temporanja mit-tagħlim tal-Ingliż. Barra minn hekk, xi wħud mill-istudenti, l-aktar it-tfal, temporanjament marru lura lejn l-irħula tagħhom fejn il-konnessjoni tal-internet hija relattivament batuta. Dan wassal biex ħafna minnhom ma jibqgħux isegwu l-lezzjonijiet onlajn.
Madankollu, bosta studenti ppruvaw it-tagħlim onlajn u kienu tassew kuntenti bil-klassijiet sa mill-bidu nett tagħhom.  Minkejja dan, l-għadd ta’ studenti li jattendu l-lezzjonijiet onlajn għadu relattivament baxx u Settembru jidher li qiegħed ’il bogħod.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq bdejt naħseb dwar kif nista’ negħleb din id-diskrepanza, billi kont naf li ma nistax nibda b’ħafna lezzjonijiet wiċċ imb’wiċċ, minħabba l-istudenti permanenti tiegħi. Indunajt li din is-sitwazzjoni titlob minna li aħna ngħinu lilna nfusna, u mhux nistennew l-għajnuna mingħand ħaddieħor.

Lejla fost oħrajn iddeċidejt li nipprova nfittex l-aħjar pjattaformi għat-tagħlim ta’ lingwa. Malajr iddeċidejt li għandi niddisinja l-“pjattaforma” tiegħi stess, jew fi kliem ieħor li noħloq l-korsijiet għall-gruppi onlajn fil-format li xtaqthom jidhru jiena.

Ljilia group

 

 

Madankollu, l-eċitament u l-entużjażmu malajr bdew jonqsu meta rrealizzajt li kien hemm wisq xogħol xi jsir għal omm b’tarbija li għadha tmexxi lezzjonijiet onlajn u li tieħu ħsieb tarbija kważi l-ġurnata kollha. Imbagħad, ġietni l-idea li nitlob lit-tlett iħbieb tal-qalb tiegħi mill-fakultà biex jgħinuni, jew fi kliem ieħor, biex jingħaqdu miegħi f’dan il-“proġett”. Dan huwa l-mod kif ħriġt bl-idea li nifforma grupp ta’ erba’ għalliema tal-lingwa u l-letteratura Ingliża li jixtiequ jgħinu lil nies oħra jitgħallmu l-Ingliż billi jissimplifikaw u jagħmlu t-tagħlim divertenti, faċli u aċċessibbli għal kulħadd.

 

 

 

 

 

 

Bl-użu ta’ metodu EKLEKTIKU innovattiv (taħlita ta’ metodi, approċċi u tekniki differenti), ħloqna kors li huwa adattat għal kulħadd billi jqis il-karatteristiċi personali, l-intelliġenzi multipli, l-attitudni, il-motivazzjoni u l-istili ta’ tagħlim individwali.

L-erbgħa li aħna (Sanela, Slavica, Tatjana u Ljilja) studjajna flimkien u lkoll iggradwajna fil-lingwa u fil-letteratura Ingliża mill-Università ta’ Banja Luka fil-Bożnija-Ħerzegovina. Bħalissa, qed ngħixu f’erbat ibliet differenti fi tliet pajjiżi differenti, iżda l-passjoni komuni tagħna għal-lingwa Ingliża u l-imħabba għat-tagħlim wassluna biex noħolqu kors uniku li jista’ jgħin lin-nies ta’ kull età irrispettivament minn kemm jafu minn qabel il-lingwa Ingliża. 

L-ewwel nett, flimkien mal-ħbieb tiegħi, ħloqt il-kunċett għall-korsijiet. Fl-opinjoni tiegħi, it-tagħlim tat-tieni lingwa jeħtieġ erba’ ħiliet ta’ tagħlim – il-qari, il-kitba, is-smigħ, u l-lingwa mitkellma – u erba’ kategoriji ta’ għarfien – il-grammatika, il-vokabularju, il-pronunzja, u l-fehim kulturali – mhux biss il-grammatika! It-tieni, iddeċidejt dwar l-aktar applikazzjoni xierqa biex isiru l-lezzjonijiet onlajn. Zoom jitqies bħala waħda fost l-aktar applikazzjonijiet popolari llum il-ġurnata u għaldaqstant iddeċidejna li nagħżlu lilha.

Then I decided the number of the students for each group (eight) and to conduct a free online/trial class for anyone willing to try learning English online. Once we had these basic elements in place, we started advertising our courses through social media, on Instagram and Facebook.

Imbagħad ħadt deċiżjoni dwar in-numru ta’ studenti għal kull grupp (tmienja) u li nagħmlu lezzjoni onlajn/bi prova bla ħlas għal kull min kien lest li jipprova jitgħallem l-Ingliż onlajn. Wara li stabbilejna dawn l-elementi bażiċi, bdejna nirreklamaw il-korsijiet tagħna permezz tal-midja soċjali, fuq Instagram u fuq Facebook.

 Għall-ewwel, ir-reazzjonijiet tan-nies kienu pożittivi ħafna u l-kummenti u l-“likes” urew li l-posts tagħna ntlaqgħu tajjeb ħafna, anke għaliex ġew ixxerjati diversi drabi. Madankollu, kellna nagħmlu sforz kbir biex ngħaqqdu l-grupp ta’ “dawk li għadhom jibdew f’livell iktar għoli” (livell A1/A2) – tmien adulti, u l-grupp l-ieħor “Kors ta’ Konversazzjoni f’Livell Intermedju” (livell B1) li bħalissa huwa magħmul minn erba’ studenti. Fil-qosor, it-tagħlim onlajn jista’ jidher “faċli” u “sempliċi”, iżda fil-fatt huwa pjuttost diffiċli u tedjanti. Madankollu, s’issa għamilna biss tliet lezzjonijiet bla ħlas u l-kors wasal biex jibda l-ġimgħa d-dieħla (f’Mejju). Il-feedback mill-istudenti wara l-lezzjonijiet ta’ prova kien pożittiv ħafna; dawn irreaġixxew tajjeb għall-kunċett tal-kors. L-impressjoni ġenerali tiegħi hija li dawn il-korsijiet onlajn huwa vjaġġ siewi iżda għad fadal ħafna xi jsir.

L-aspetti pożittivi tat-tagħlim onlajn huma:

  • jiffranka l-ħin għall-għalliema
  • innovattiv u kontemporanju
  • attraenti għall-istudenti estroverti

Uħud mill-iżvantaġġi possibbli, fl-opinjoni tiegħi, huma:

  • l-atmosfera hija inqas rilassata milli fi klassi konvenzjonali
  • probabbilment mhuwiex l-aktar mod attraenti ta’ tagħlim għal xi studenti ta’ mezza età li ma tantx jużaw it-teknoloġija
  • lezzjonijiet ta’ konversazzjoni fi gruppi onlajn mhux se jattiraw numru kbir ta’ studenti “introversi”. Pereżempju, xi wħud mill-istudenti permanenti tiegħi jistħu wisq biex saħansitra jippruvaw dawn il-lezzjonijiet.

Bħala konklużjoni, meta tgħaddi din is-sitwazzjoni, se nkun aktar konxja tat-tagħlim onlajn u se nfittex li nieħu vantaġġ akbar minnu.

 



Aħna nixtiequ li nisimgħu l-istorja tiegħek. Aqsam l-istorja tiegħek illum!

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn