Blog
It-tagħlim fuq il-post tax-xogħol
/nb/file/shutterstock408452584jpgshutterstock_408452584.jpg

Bejn it-18 u t-22 ta’ Lulju EPALE se tospita il-Ġimgħa ta’ Tagħlim fuq il-Post tax-Xogħol. It-tagħlim fuq il-post tax-xogħol jipprovdi lill-ħaddiem b’opportunità li jżommu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom aġġornati, jiksbu ħiliet ġodda u jtejbu l-impjegabilità tagħhom. Huwa ta’ benefiċċju għall-impjegati kif ukoll għal min iħaddem, billi jżid il-kompetittività u l-produttività.
Aħna dejjem inifttxu artikli, bloggs ta’ opinjonijiet, riżorsi u studji ta’ każijiet dwar:
- it-tagħlim imħallat
- taħriġ f'ambitu professjonali (work placements), esperjenza ta’ xogħol u skambji ta’ impjiegi
- it-tagħlim u l-iżvilupp
- it-tagħlim strutturat
- it-tagħlim informali u mhux formali jew it-tagħlim fil-komunità fuq il-post tax-xogħol
Jekk għandek blogg, aħbarijiet, avveniment, vidjo jew studju ta’ każ relatat mat-tagħlim fuq il-post tax-xogħol, tista’ tissottomettiha għall-pubblikazzjoni billi tibgħathielna fuq helpdesk@epale-support.eu. Meta tippostja xi kontenut, inti tkun qed taqsamha mal-15,000 utent irreġistrat ta’ EPALE madwar l-Ewropa.
Tista’ wkoll tirreġistra u t-tella’ l-kontenut tiegħek inti stess billi żżur blogg, aħbarijiet, attività jew riżorsi.

- Want to comment? Login or register
| join us on