chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

X’kienu s-sejbiet ewlenin mill-istħarriġ?

Aktar minn nofs ta’ dawk li wieġbu (53 %) ma jaqblux jew ma jaqblu xejn mad-dikjarazzjoni ‘huwa faċli li ssib informazzjoni dwar it-tagħlim għall-adulti’. Dan ifisser li tal-anqas nofs dawk li wieġbu jemmnu li l-informazzjoni dwar it-tagħlim għall-adulti tista’ tkun aktar faċli biex tinstab.

Is-sorsi ewlenin għall-kisba tal-informazzjoni dwar l-edukazzjoni għall-adulti kienu l-Kummissjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dawk li jużaw diversi sorsi, l-aqwa kombinazzjonijiet kienu:

  • Il-Kummissjoni Ewropea u n-netwerks;

  • Il-proġetti ta’ edukazzjoni għall-adulti u l-istituzzjonijiet, flimkien mas-sorsi akkademiċi.

Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu ppreferew il-websajts klassiċi u l-eNewsletters.

L-aktar lingwi magħżula għas-sit kienu l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ispanjol.