chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

X’inhi l-EPALE?

L-EPALE hija komunità ta’ sħubija miftuħa multilingwi għal għalliema, ħarrieġa, riċerkaturi, akkademiċi, dawk li jfasslu l-politiki u kull min għandu rwol professjonali fit-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa kollha.

L-EPALE hija ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea, bħala l-aktar żvilupp riċenti f’impenn kontinwu għal titjib fil-kwalità tal-fornimenti tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa.

Il-komunità hija l-qalba tal-EPALE. Din hija mwaqqfa madwar it-tqassim ta’ kontenut relatat mat-tagħlim għall-adulti, inkluż aħbarijiet, posts ta’ blogg, riżorsi, u avvenimenti u korsijiet.

Il-membri tal-komunità jistgħu jinvolvu ruħhom ma’ kollegi tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa kollha permezz tal-funzjonijiet tas-sit li jinkludu diskussjonijiet u dibattiti online, komunitajiet ta’ prattika, kontenut ta’ klassifikazzjoni u kummenti fil-posts ta’ blogg. Il-membri jistgħu jinteraġixxu wkoll mal-pari tagħhom madwar l-Ewropa kollha kif ukoll billi jitolbu spazju kollaborattiv, jiġifieri spazju privat fl-EPALE li jippermettilhom ikollhom diskussjonijiet, ittellgħu dokumenti, jaqsmu aħbarjiet u jissottolinjaw avvenimenti rilevanti fil-kalendarju tal-grupp speċifiku. Il-membri jistgħu isibu wkoll proġetti ġodda u jagħmlu konnessjonijiet professjonali billi jużaw it-Tfittxija ta’ Sħab.