Skip to main content
Resource Details
RIŻORSA

Xejriet li jsawru l-Edukazzjoni 2016

Qatt għaddielek minn rasek jekk l-edukazzjoni għandhiex ikollha r-rwol li twaqqaf l-obeżità li qed tinfirex madwar il-pajjiżi tal-OECD (Organisation for Economic Co-operation and Development)? Jew x’impatt għandha ż-żieda fl-iżvilupp urban fuq l-iskejjel, il-familji u l-komunitajiet? Jew kemm il-mezzi teknoloġiċi ġodda verament qed jibdlu radikalment il-mod kif jaħsbu u jitgħallmu t-tfal tagħna?

Il-pubblikazzjoni l-ġdida li ħarġet l-OECD bl-isem Trends Shaping Education 2016 tiffoka fuq ix-xejriet li se jsawru l-edukazzjoni fil-futur. Din tagħti dehra ġenerali tax-xejriet prinċipali ekonomiċi, soċjali, demografiċi u teknoloġiċi u tqajjem mistoqsijiet dwar l-impatt li jista’ jkollhom fuq l-edukazzjoni. Dawk li jfasslu l-policies, riċerkaturi, edukaturi u professjonisti oħra għandhom sehem fit-tqabbil internazzjonali ta’ ppjanar fl-edukazzjoni. Dan huwa fattur interessanti wkoll anki għall-ġenituri u l-istudenti.

 

Dan ix-xogħol ma jipprovdix tweġibiet finali. M’hemm ebda analiżi jew statistika miġbura u inqas u inqas l-opinjoni tal-OECD fuq ix-xejriet ta’ żvilupp diskussi. Madankollu, huwa sors tajjeb biex jitqanqal ħsieb dwar dawn ix-xejriet prinċipali li jistgħu jaffettwaw l-edukazzjoni u bil-maqlub, is-saħħa li l-edukazzjoni għandha fuq dawn ix-xejriet.  

 

Resource Details
ISBN
978-92-64-25017-8
Awtur(i) tar-Riżorsa
OECD
Ittajpja r-Riżorsa
Oħrajn
Pajjiż
Data tal-Pubblikazzjoni
Login (0)

Trid lingwa oħra?

Dan id-dokument huwa disponibbli wkoll f’lingwi oħra. Jekk jogħġbok agħżel waħda hawn taħt.

Want to add a resource ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new resource!