chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Il-kisba ta' politiki effettivi għat-tagħlim tal-adulti

Jenħtieġ li l-politiki għat-tagħlim tal-adulti, bħal kwalunkwe politika oħra, jilħqu l-għanijiet tagħhom u jkollhom l-impatti mixtieqa tagħhom b'mod effettiv. Li wieħed jifhem il-prestazzjoni tagħhom ifisser li wieħed jiddetermina jekk hemmx relazzjoni bejn id-diversi azzjonijiet politiċi u l-outputs u l-eżiti tagħhom.

Din ir-relazzjoni hija ppreżentata fid-dijagramma li ġejja. Biex tesplora r-rwol ta' kull komponent differenti, ikklikkja fuq kull wieħed.

Reviżjoni sistematika ta' evidenza ta' riċerka identifikat "fatturi ewlenin ta' suċċess" fil-kisba ta' politika effettiva għat-tagħlim tal-adulti. Dawn huma gruppi ta' azzjonijiet politiċi li l-evidenza wriet li huma effettivi fit-titjib tar-rati ta' parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti, fit-titjib tal-livelli tal-ħiliet u l-kompetenzi u l-livell tal-kwalità globali.

 

Fattur ta' suċċess huwa grupp ta' elementi importanti relatati li jiġu identifikati mill-evidenza bħala li għandhom impatt fuq l-effettività tal-politiki għat-tagħlim tal-adulti, kif jidher mill-bidliet fir-rata ta' parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti, fil-livell tal-ħiliet u l-kompetenzi u fil-livell tal-kwalità tat-tagħlim tal-adulti.

Key Sucess Factors

Fatturi Ewlenin ta' Suċċess

Element importanti huwa azzjoni politika li ġiet identifikata fl-evidenza bħala effettiva biex twassal għal titjib fir-rata ta' parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti, fil-livell globali tal-ħiliet u tal-kompetenti jew fil-kwalità tat-tagħlim tal-adulti.

Building Blocks for Success

Elementi Importanti għas-Suċċess

Indikatur tal-livell tas-sistema jkejjel l-effettività globali tal-politiki għat-tagħlim tal-adulti. Dawn jinkludu r-rata ta' parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti, il-livell tal-ħiliet u l-kompetenzi u l-kwalità tat-tagħlim tal-adulti.

Building Blocks for Success

Indikaturi tal-Livell tas-Sistema

Eżitu jindika l-impatt globali ta' politika għat-tagħlim tal-adulti fuq l-istudenti individwali, fuq min iħaddem u fuq il-komunità.

Building Blocks for Success

Eżiti