chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Dwar l-Għodda ta' Politika għat-Tagħlim tal-Adulti

/mt/file/about-pt-1080jpgabout-pt-1080.jpg

 

 

L-għan ġenerali ta' din l-għodda huwa li jingħata appoġġ lill-Istati Membri sabiex jifformulaw u jimplimentaw politiki effettivi għat-tagħlim tal-adulti, waqt li jagħmlu użu aħjar mill-bażi tal-evidenza li diġà teżisti. L-għodda tinkludi qafas kunċettwali ta' livell għoli għal politiki għat-tagħlim tal-adulti li huwa mfassal sabiex jgħin lil dawk li jfasslu l-politiki fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jimplimentaw u jtejbu l-politiki tagħhom.

Tipprovdi wkoll aċċess għal ġabra ta' data kwantitattiva u kwalitattiva biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni komparattiva tal-pajjiżi. Din il-karatteristika interattiva tista' tgħin fil-monitoraġġ tal-progress u tal-prestazzjoni relattiva fil-qasam tat-tagħlim tal-adulti.

Din l-għodda u l-użu tagħha jikkontribwixxu għal prijoritajiet ewlenin tal-UE għat-tagħlim tal-adulti, fosthom "it-titjib tal-bażi tal-għarfien dwar it-tagħlim tal-adulti u l-monitoraġġ tas-settur tat-tagħlim tal-adulti" (ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ewropea Mġedda għat-Tagħlim tal-Adulti, 2011).

Din l-għodda ġiet żviluppata bħala parti minn studju għall-iżvilupp ta' analiżi fil-fond tal-politiki għat-tagħlim tal-adulti u l-effettività tagħhom. Dan l-istudju informa wkoll l-iżvilupp tal-qafas analitiku għall-valutazzjoni tal-politiki għat-tagħlim tal-adulti ppreżentati f'din l-għodda. Dan se jgħin lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw politiki għat-tagħlim tal-adulti b'mod aktar effettiv.

Jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk sabiex tara r-rapport sħiħ (il-link hija esterna) (fajl PDF).

Jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk sabiex taċċessa sommarju eżekuttiv bil-Franċiż (il-link hija esterna) (fajl PDF).

Jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk sabiex taċċessa sommarju eżekuttiv bil-Ġermaniż (il-link hija esterna) (fajl PDF).