chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

X’inhu r-rwol tal-UE fit-tagħlim tal-adulti?

Fil-kronoloġija hawn taħt tista’ tara kif ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni tat-tagħlim tal-adulti żviluppa tul is-snin. Il-kronoloġija tinkludi punti ewlenin, bħal pereżempju pubblikazzjonijiet ta’ politika u inizjattivi importanti.

Il-ħidma tal-UE fuq it-tagħlim tal-adulti tibda bit-Trattat ta’ Ruma li permezz tiegħu, il-Komunità Ewropea ppromwoviet taħriġ vokazzjonali bażiku u avvanzat.

1957

l-UE tibda taħdem fuq il-politika dwar it-tagħlim tal-adulti

2000
(2002)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jippubblika r-Riżoluzzjoni tiegħu dwar it-Tagħlim tul il-Ħajja, jenfasizza l-prinċipju tal-edukazzjoni “mill-benniena sal-qabar” u l-użu tiegħu f’ambjenti differenti.

(2006)

Il-Kummissjoni tippublika l-komunikazzjoni Qatt m’hu tard wisq biex titgħallem li tenfasizza l-kontribuzzjoni essenzjali tat-tagħlim tal-adulti għall-kapaċità tax-xogħol u l-mobilità u għall-inklużjoni soċjali

Il-Kummissjoni tippubblika l-komunikazzjoni It-tagħlim dejjem żmienu. Din tinkludi Pjan ta’ Azzjoni dwar it-Tagħlim tal-Adulti (2008-2010) li jipprovdi, għall-ewwel darba, għal prijoritajiet komuni li jridu jiġu mħeġġa fil-qasam tat-tagħlim tal-adulti.

2007

Il-Kunsill jippublika riżoluzzjoni dwar Aġenda Ewropea mġedda dwar it-Tagħlim tal-Adulti (EAAL), li tikkonsolida l-politika fil-kamp tat-tagħlim tal-adulti. Dan huwa t-test ta’ referenza tal-UE dwar il-politika tat-tagħlim tal-adulti.

2011

Messaġġ ewlieni tal-EAAL hu li t-tagħlim tal-adulti fil-forom kollha tiegħu jtejjeb il-kapaċità tax-xogħol tal-istudent u jikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali, għaċ-ċittadinanza attiva u għall-iżvilupp personali. Iż-żieda fil-parteċipazzjoni u li l-adulti kollha jkollhom il-possibilità li jiżviluppaw u jġeddu l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom matul ħajjithom huma fil-qalba tal-Aġenda.

Il-prijoritajiet tal-2015-2020 għall-EAAL huma stabbiliti:

2015

żgurar tal-koerenza tat-tagħlim għall-adulti ma’ oqsma politiċi oħrajn

żieda fil-provvista u fit-teħid tad-dispożizzjoni tagħlim tal-adulti

twessigħ tal-aċċess permezz ta’ tagħlim ibbażat fuq il-post tax-xogħol, permezz tal-ICT u permezz ta’ opportunitajiet għal ċans ieħor

titjib tal-assigurazzjoni tal-kwalità, inkluż l-edukazzjoni inizjali u kontinwa tal-edukaturi tal-adulti.

L-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa tipproponi li l-Istati Membri jadottaw Garanzija ta’ Ħiliet biex jgħollu l-livell tal-ħiliet bażiċi tal-adulti.

2016

Fid-19 ta’ Diċembru, il-Kunsill jadotta r-rakkomandazzjoni Perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet - Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti. Din għandha l-għan li tgħin lill-64 miljun adult fl-Ewropa li għad m’għandhomx kwalifika sekondarja ogħla biex jakkwistaw livell minimu ta’ litteriżmu, ta’ numeriżmu u ta’ ħiliet diġitali u mbagħad javvanzaw lejn kwalifika sekondarja ogħla tal-ewwel livell.

2016

L-EAAL hi parti mill-qafas “ET2020” għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Il-grupp ta’ ħidma ET2020 dwar it-tagħlim tal-adulti 2016 - 2018 iwettaq tagħlim bejn il-pari dwar politiki li jistgħu jħeġġu iktar adulti li jitgħallmu fuq il-post tax-xogħol.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-miżuri li se jieħdu biex jimplimentaw il-Perkorsi tat-Titjib tal-Ħiliet.

2018