chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

X’inhi l-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti u kif inhi implimentata?

L-Aġenda Ewropea mġedda dwar it-Tagħlim tal-Adulti (EAAL) tiddefinixxi l-fokus tal-kooperazzjoni Ewropea fil-politiki dwar l-edukazzjoni tal-adulti għall-perjodu sal-2020. Din ġiet adottata mill-Kunsill f’Novembru 2011. Fiha, il-Kunsill jirrikonoxxi li hemm ħtieġa għall-adulti kollha biex itejbu regolarment il-ħiliet personali u professjonali u l-kompetenzi tagħhom, iżda li t-tagħlim tal-adulti hu l-iktar ħolqa dgħajfa fis-sistemi nazzjonali għat-tagħlim tul il-ħajja. Il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim għadha baxxa. Biex jinkiseb settur tat-tagħlim tal-adulti effettiv, jenħtieġ li jsir iktar.

 

Fost il-kwistjonijiet immirati għal azzjoni fl-Aġenda hemm: żieda fil-possibilitajiet għall-adulti kollha biex jaċċessaw tagħlim flessibbli u ta’ kwalità fi kwalunkwe żmien ta’ ħajjithom; l-iżvilupp ta’ approċċi ġodda għall-edukazzjoni tal-adulti li jiffokaw fuq l-eżiti tat-tagħlim; li jiżdied l-għarfien dwar il-fatt li t-tagħlim hu sforz tul il-ħajja; l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ gwida tul il-ħajja effettivi u sistemi għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.

 

Biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Ewropej u l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-EAAL, kull pajjiż parteċipant għandu Koordinatur Nazzjonali. Kull Koordinatur Nazzjonali jistabbilixxi programm ta’ ħidma li jidentifika l-azzjonijiet speċifiċi li l-organizzazzjoni tagħhom tkun se tieħu biex timplimenta l-EAAL f’pajjiżhom.

 

Billi tikklikkja fuq bandiera, tista’ taċċessa d-dettalji ta’ kuntatt tal-Koordinaturi Nazzjonali attwali u informazzjoni dwar ix-xogħol tagħhom.

 

 

 

 

 

 

L-Għodda tal-Analiżi tal-Politika tal-EPALE hi bbażata fuq l-aktar evidenza riċenti dwar il-politiki ta' suċċess dwar it-tagħlim tal-adulti. L-għodda hi mfassla biex tgħin lil partijiet ikkonċernati nazzjonali u reġjonali jidentifikaw aspetti tal-politika jew tad-dispożizzjoni tagħhom li jistgħu jittejbu.