Skip to main content
Tiftix ta’ Msieħba

Tiftix ta’ Msieħba

Skambja l-ideat u oħloq opportunitajiet ta’ netwerking ma’ individwi jew ma’ organizzazzjonijiet permezz tat-Tfittxija għal Sħab ta’ EPALE. 

Involvi ruħek! Aqsam l-ideat u l-kurrikuli tiegħek, jew stabbilixxi sħubijiet ta’ proġetti. 

 

Żid talba għal sħab

It-Tiftixa ta’ Sħab ta’ EPALE tgħin tmexxi l-kelma – sew jekk tixtieq taqsam eżempju ta’ prattika tajba mal-kollegi, tibda proġett jew inkella xxandar idea tajba ma’ kullimkien!

Oħloq talba għal sieħeb sabiex tibni netwerks mal-komunità Ewropea ta’ tagħlim għall-adulti billi tistieden lill-oħrajn jikkuntattjawk u jinvolvu rwieħhom.

Parir utli: Kun kemm jista’ jkun speċifiku/a. Dan jgħin biex tibni l-fiduċja. Spjega x’għandek bżonn, x’tip ta’ kollaborazzjoni tixtieq tkun involut fiha u x’int tistenna mis-sieħeb potenzjali tiegħek.

Fittex sħab

Uża t-Tiftixa ta’ Sħab ta’ Epale sabiex issib organizzazzjonijiet u individwi li huma interessati li jikkollaboraw miegħek. Fittex skont il-pajjiż, l-attività u t-tip ta’ organizzazzjoni sabiex issib is-sieħeb ideali tiegħek.

Parir utli: Kompli irfina t-tiftixa tiegħek billi tuża t-tiftixa avvanzata sabiex tfittex suġġetti ewlenin ta’ interess.


Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: EPALE ma tapprovax l-organizzazzjonijiet elenkati fis-sezzjoni Tiftix tal-Imsieħba, kwalunkwe opinjonijiet li jesprimu jew kwalunkwe servizzi li joffru. Il-links kollha huma pprovduti bħala informazzjoni u aħna ma nistgħux nerfgħu r-responsabbiltà għall-kontenut ta’ siti elettroniċi esterni.

Jekk tiddeċiedi li tissieħeb ma’ kwalunkwe waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet, il-kuntratt ikun direttament bejnek u l-organizzazzjoni rilevanti, u EPALE ma jkollha ebda involviment kuntrattwali.

Jekk għandek xi tħassib dwar kwalunkwe kontenut fuq EPALE, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq helpdesk@epale-support.eu.

Qed tfittex imsieħba?

Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk! Ikklikkja l-link t’hawn taħt u ibda fittex għall-imsieħba!

Trid l-ispazju tiegħek?

Trid tiddiskuti l-ideat tiegħek ma' oħrajn fi spazju privat?

Sib l-aħħar informazzjoni dwar kif l-UE tippromwovi l-politika tat-tagħlim għall-adulti