chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Proġetti u sħubiji

Issieħeb mal-komunità EPALE ta’ ’l fuq minn 44 000 professjonist fit-tagħlim tal-adulti biex tikklassifika, tikkummenta u tikkontribwixxi!

 

Għeżież kollegi tal-EPALE,

 

Il-fokus tematiku tagħna għal Ottubru kien fuq is-suġġett tal-proġetti u s-sħubiji dwar it-tagħlim tal-adulti. Matul dan il-perjodu, it-timijiet nazzjonali u l-komunità tal-EPALE ppubblikaw għadd ta’ studji ta’ każijiet, artikli, rapporti u riżorsi oħra ta’ ispirazzjoni.

Ara sommarju tal-fokus tagħna ta’ Ottubru, imħejji mill-Koordinatur Tematiku Gina Ebner (EN)

F’konformità mal-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali 2018, nixtiequ nistednuk sabiex tissieħeb fid-diskussjoni live tal-EPALE dwar ir-rwol tat-tagħlim tal-adulti biex jgħin fl-iżvilupp tal-karriera.  Id-diskussjoni se tkun bl-Ingliż u se ssir fuq din il-paġna fit-22 ta’ Novembru 2018. Din se tiġi moderata mill-Koordinatur Tematiku tal-EPALE David Mallows.

Nittamaw li narawk!

 

Blog posts

Partnerships in adult learning: what are the benefits, and for whom? (Is-sħubiji fit-tagħlim tal-adulti: x’inhuma l-benefiċċji, u għal min?) (EN, RO)

Aleksandra Kozyra mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Edukazzjoni tal-Adulti (EAEA) qasmet stejjer ta’ kooperazzjoni ta’ ispirazzjoni minn madwar l-Ewropa, li l-EAEA ġabret matul l-2018.

How to tackle the carbon footprint of European projects (Kif għandha tiġi indirizzata l-marka tal-karbonju tal-proġetti Ewropej) (EN)

Markus Palmén irrifletta dwar il-kost ambjentali tal-proġetti ta’ mobbiltà Ewropej u l-ħtieġa ta’ inċentivi integrati aħjar għal proġetti ambjentalment sostenibbli.

Top tips on how to make your adult learning project eco-smarter (Suġġerimenti utli biex tagħmel il-proġett ta’ tagħlim tal-adulti tiegħek ekoloġikament aktar intelliġenti) (EN)

Kif tnaqqas l-impatt ambjentali ta’ proġetti internazzjonali? Ara s-suġġerimenti, ikkompilati mill-NGO ambjentali ECOS.

Long-duration mobility for young adults in VET: challenges and opportunities (Il-mobbiltà fit-tul għall-adulti żgħażagħ fl-ETV: sfidi u opportunitajiet) (EN)

Andrew McCoshan tkellem dwar l-isfidi u s-soluzzjonijiet relatati mal-mobbiltà fit-tul għal finijiet edukattivi.

Join the development of a phonics-based mobile app for European adult literacy learners (Ipparteċipa fl-iżvilupp ta’ applikazzjoni mobbli bbażata fuq il-fonetika għal studenti adulti Ewropej tal-litteriżmu (EN)

Diane Gardner tkellmet mal-EPALE dwar proġett promettenti li jiżviluppa korsijiet tal-litteriżmu għall-adulti, materjal ta’ taħriġ għall-għalliema u riżorsi ta’ tagħlim diġitali għat-tagħlim tal-litteriżmu lill-adulti.

What can we learn from Portuguese adult education? (X’nistgħu nitgħallmu mill-edukazzjoni għall-adulti Portugiża? (EN)

Paula Guimarães irriflettiet dwar l-isfidi li l-edukazzjoni għall-adulti tiffaċċja fil-Portugall u x’tagħlimiet jistgħu jieħdu minnha pajjiżi oħra u l-UE.

European policy tools and frameworks: tackling terminology (L-għodod u l-oqfsa ta’ politika Ewropej: indirizzar tat-terminoloġija (EN)

Paul Guest dwar l-importanza tal-konsolidazzjoni tat-terminoloġija fil-qasam tar-rikonoxximent tat-tagħlim madwar l-Ewropa.

 

Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa

Ottubru kien xahar impenjattiv għas-settur tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa:

  • Ġie organizzat avveniment fi Bratislava, fis-Slovakkja, dwar is-suġġett tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni dwar il-Perkors ta’ Titjib tal-Ħiliet (SK).
  • Sadanittant, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet Irlandiż nieda l-Forum inawgurali dwar il-Litteriżmu u n-Numeriżmu (EN).
  • Fi Franza, il-gvern iddedika EUR 15 000 000 bħala parti minn sejħa għall-proġetti sabiex ir-refuġjati jiġu megħjuna jsibu impjieg.

 

Issieħeb issa!

Tinsiex tirreġistra fl-EPALE biex tkun tista’ taqsam l-opinjonijiet tiegħek dwar dawn il-posts. Issieħeb issa u sir parti mill-komunità ta’ aktar minn 44 000 professjonist fit-tagħlim tal-adulti.