European Commission logo
idħol Oħloq kont

Popular searches on EPALE

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

Għeżież kollegi ta’ EPALE,

F’Lulju EPALE ffoka fuq it-tema ta’ adulti li telqu l-iskola kmieni u edukazzjoni li terġa’ toffrilhom ċans. Ippromwovejna r-rwol tal-iskejjel għal min ma rnexxiex l-ewwel darba billi jerġgħu jagħtu ċans lill-istudenti adulti jiksbu kwalifikazzjoni, itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom u jintegraw fis-soċjetà. Matul daż-żmien it-timijiet nazzjonali u l-komunità ta’ EPALE ppubblikaw għadd ta’ każijiet ta’ studju, artikli, rapporti u riżorsi oħra. Tista’ ssibhom fuq il-paġna tagħna dedikata għal Skejjel Għal Min Ma Rnexxiex l-Ewwel Darba.

[Ara s-sommarju ppreparat mill-Koordinatur Tematiku Andrew McCoshan dwar is-suġġett li EPALE ffoka fuqu f’Lulju.] (EN)

 

Artikli

Innaqqsu d-differenza fil-kredibbiltà: Il-bżonn għal strateġija ta’outreach assertiva biex tinvolvi adulti li telqu kmieni mill-iskola (EN, ES, FR, IT, PL)

 

Paul Downes, Director of the Educational Disadvantage Centre at Dublin City University, identified where the gaps are in provision for adult early school leavers and put the case for assertive outreach.

Paul Downes, Direttur taċ-Ċentru Edukazzjonali għall-I of the Educational Disadvantage Centre fl-Università ta’ Dublin City, identifika fejn kienu l-gaps fil-proviżjoni ta’   where the gaps are in provision for adult early school leavers and put the case for assertive outreach.

Riskji tas-soċjetà marbutin ma’ skemi ta’ tagħlim fuq il-post tax-xogħol (EN, FR)

Il-Koordinatur tematiku Simon Broek tkellem dwar ir-riskji ta’ skemi ta’ tagħlim fuq il-post tax-xogħol għal adulti li telqu kmieni mill-iskola u gruppi oħra vulnerabbli.

Il-ġlieda kontra l-illiteriżmu funzjonali permezz ta’ edukazzjoni għal min ma rnexxiex l-ewwel darba – eżempju mis-Serbja (EN)

Aleksandar Bulajić, li hu assistent lettur kif ukoll student tal-PhD fl-Università ta’ Belgrade, qasam storja ta’ ispirazzjoni ta’ kif is-Serbja qed tittratta l-illitteriżmu funzjonali tal-adulti permezz ta’ edukazzjoni għal min ma rnexxiex l-ewwel darba.

 

[Litteriżmu funzjonali u tluq bikri mill-iskola(EN)

 

Waħda mill-konsegwenzi li tinħoloq meta studenti żgħażagħ jitilqu kmieni mill-iskola hi li jitilqu mingħajr litteriżmu funzjonali. F’dan l-artiklu l-Koordinatur Tematiku David Mallows jeżamina xi jfisser dan għas-soċjetà u għaliex hu importanti.

 

Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa

 

Lulju kien xahar mimli għas-settur tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa:

  • Il-Ministeru għall-Edukazzjoni Daniż ħabbar li qed joffri appoġġ finanzjarju għall-proġetti li jipproduċu materjal, għodda u korsijiet ta’ tagħlim diġitali (DA).
  • Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’Malta ħabbar li se jniedi programm ta’ tagħlim għall-adulti b’korsijiet ta’ ħiliet bażiċi u lingwi barranin (EN, MT).
  • Sadattant fil-Litwanja, il-Ministeru tal-Edukazzjoni flimkien maċ-Ċentru tal-Kwalifikazzjonijiet u l-Iżvilupp għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET), żar 10 muniċipalitajiet biex jintroduċu bosta pjattaformi elettroniċi li huma relevanti għat-tagħlim għall-adulti (LT).

Ingħaqad issa!

Tinsiex tirreġistra ma’ EPALE biex tkun tista’ taqsam l-opinjonijiet tiegħek dwar dawn l-artikli. Ingħaqad issa u kun parti mill-komunità ta’ 28,000 professjonist għat-tagħlim tal-adulti.