Ingħaqad mal-komunità tal-EPALE magħmula minn aktar minn 20,000 professjonist tat-tagħlim għall-adulti biex tagħti rati, tikkummenta u tikkontribwixxi!
Għeżież kollegi tal-EPALE,
Fi Frar EPALE ta attenzjoni speċjali lill-benefiċċji tat-tagħlim għall-adulti. Matul dan iż-żmien it-timijiet nazzjonali tal-EPALE ppubblikaw bosta artikli, studji u riżorsi oħra dwar l-effetti pożittivi tat-tagħlim għall-adulti fuq dawk li qed jitgħallmu, is-soċjetà u l-ekonomija.
Il-Koordinatur Tematiku tal-EPALE, Andrew McCoshan, jitkellem dwar kif is-settur tat-tagħlim għall-adulti jista’ jgħin fis-sejħa mill-Kunsill tal-Ewropa biex jiżviluppa mogħdijiet għal adulti li għandhom ħiliet bażiċi batuti.
Nitkellmu dwar il-benefiċċji ta’ tagħlim għall-adulti
Dr Sam Duncan mill-Istitut tal-Edukazzjoni UCL (il-link jinsab barra) analizza t-tmien intervisti semistrutturati ma’ studenti adulti Ingliżi, li saru bħala parti mill-proġett tal-UE BeLL.
Il-benefiċċji ta’ tagħlim għall-adulti għal nies tar-raba’ età
Il-Koordinatriċi Tematika tal-EPALE, Gina Ebner, titħaddet dwar il-benefiċċji marbuta ma’ saħħa permezz ta’ tagħlim għall-adulti għal nies kbar fl-età.
Għaliex nistaqsu x’jista’ jinkiseb bl-edukazzjoni għall-adulti?
U waqt li kulħadd kien qed jitkellem dwar il-benefiċċji tat-tagħlim għall-adulti, Simon Broek għaddielu ħsieb li jista’ jkun qegħdin ninsew xi ħaġa iktar fundamentali.
Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa
Frar kien xahar mimli għas-settur tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa:
IIl-Ministeru tal-Kultura ta’ Baden-Württemberg (id-Dipartiment tal-Edukazzjoni Kontinwa) ippubblika manwal ġdid, maħsub apposta biex jgħin lil edukaturi jużaw mezzi diġitali f’xogħolhom (DE).
Sadattant fl-Estonja, il-Kunsill Professjonali tal-Edukazzjoni approva standards professjonali ġodda fl-edukazzjoni vokazzjonali għall-adulti (ET).
IId-Danimarka qed tinvesti 13-il miljun krones (17.5 miljun ewro) f’libreriji pubbliċi u ċentri edukattivi għal inizjattivi ta’ komunikazzjoni ġdida (DA).
Ingħaqad issa!
Tinsiex tirreġistra mal-EPALE biex tkun tista’ taqsam l-opinjonijiet tiegħek fuq dawn il-kitbiet. Ingħaqad issa u sir parti mill-komunità ta’ aktar minn 20,000 professjonist għat-tagħlim tal-adulti.