chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Kif inżidu l-parteċipazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli fit-tagħlim għall-adulti

Ibbenefika kemm tista’ mill-EPALE billi tilloggja fil-kont tiegħek. Dan jippermettilek tikklassifika u tikkummenta dwar il-kontenut, u jagħtik aċċess għall-firxa sħiħa ta’ karatteristiċi tagħna.

Għeżież kollegi ta’ EPALE,

F’Awwissu u Settembru, l-EPALE għamlet enfasi tematika fuq ir-rwol tat-tagħlim għall-adulti fl-inklużjoni soċjali ta’ gruppi vulnerabbli. Matul dan iż-żmien, it-timijiet nazzjonali u l-komunità tal-EPALE ppubblikaw ħafna studji tal-każ, artikli, rapporti u riżorsi oħra ta’ ispirazzjoni dwar is-suġġett. Żur il-paġna tematika tagħna dwar l-Inklużjoni soċjali biex issibhom (il-kontenut ivarja abbażi tal-preferenza lingwistika tiegħek).

Bi pjaċir inħabbru li l-konferenza pan-Ewropea annwali tal-EPALE se tiġi organizzata fl-1 u t-2 ta’ Ottubru 2019 ġewwa Varsavja, il-Polonja. L-avveniment tat-tagħlim għall-adulti huwa mistenni li jiġbor madwar 250 rappreżentant nazzjonali tal-gvernijiet, membri tal-EPALE, partijiet ikkonċernati Ewropej u rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ara l-avveniment dirett

Tinsiex iżżur lill-EPALE regolarment għal kontenut ġdid! L-enfasi tematika tagħna minn Ottubru sa Diċembru se tkun fuq it-tagħlim għall-adulti fuq il-post tax-xogħol.

 

Għidilna x’taħseb

Aħna napprezzaw il-feedback li nirċievu mill-komunità tal-EPALE. Napprezzaw jekk tkun tista’ tieħu ftit minuti biex tlesti l-istħarriġ annwali tal-utent tagħna u tgħinna nitjiebu!

Agħmel l-istħarriġ tal-EPALE

 

#EPALEandMe

L-EPALE tistiednek tipparteċipa fil-konkors #EPALEandMe - kompetizzjoni tar-ritratti dwar il-kontribuzzjonijiet pożittivi tal-EPALE lil professjonisti li jaħdmu fi ħdan is-settur tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa. L-aħjar 10 ritratti se jintgħażlu minn ġurija u dawk il-parteċipanti se jirċievu kamera Fujifilm Instax! Sir af aktar.

 

L-aktar posts tal-blogg riċenti

Kif jgħixu ħajjithom iż-żgħażagħ? (EN)

Sir af kif il-proġett ENLIVEN indirizza ftit mill-isfidi li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ li qegħdin jippruvaw jintegraw fis-soċjetà adulta.

Niddependu fuq azzjonijiet volontarji biex tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli? (EN)

Simon Broek jikxef il-falsità tal-miti dwar il-gruppi soċjali vulnerabbli u jitkellem dwar ir-rwol ta’ min iħaddem fit-titjib tal-ħiliet ta’ adulti b’livell baxx ta’ ħiliet.

 

Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa

 

Settembru kien xahar mimli attività għas-settur tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa:

 

Ibbenefika kemm tista’ minn EPALE billi tilloggja fil-kont tiegħek. Dan jippermettilek tikklassifika u tikkummenta dwar il-kontenut, u jagħtik aċċess għall-firxa sħiħa ta’ karatteristiċi tagħna.