Ingħaqad mal-komunità tal-EPALE biex tevalwa, tikkummenta u tikkontribwixxi flimkien ma’ 11,000 professjonist fit-tagħlim tal-adulti.
Għeżież kollegi tal-EPALE,
Il-Jum Internazzjonali tal-Mara
Fit-8 ta’ Marzu l-EPALE ċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Mara billi ta importanza lir-rwol tan-nisa bħala studenti u għalliema fl-edukazzjoni tal-adulti (tinsab fi 19-il lingwa Ewropea). Ħadna l-kummenti ta’ wħud min-nisa li jaħdmu f’dan is-settur u tlabniehom jaqsmu l-fehmiet tagħhom:
- It-tagħlim tal-adulti huwa settur femminili – Hija għal din ir-raġuni li m’għandniex biżżejjed flus? Gina Ebner, Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Edukazzjoni tal-Adulti tat l-opinjoni tagħha dwar id-differenzi bejn is-sessi (DE, EN, ES, FR, IR, PL)
- Intervistajna lill-attivista u akkademika Maria Pisani dwar x’ispiraha biex taħdem mal-istudenti immigranti nisa f’Malta (DE, EN, ES, FR, IT, PL)
- Dr Vida A. Mohorčič Špolar mill-Istitut għall-Edukazzjoni tal-Adulti fis-Slovenja rriflettiet dwar kif it-tagħlim tal-adulti jista’ jgħin biex nindirizzaw l-inugwaljanza bejn is-sessi
- Dr Vicky Duckworth, ‘senior lecturer’ fl-edukazzjoni ogħla fl-Università Edge Hill, tat il-fehmiet tagħha dwar kif il-litteriżmu tas-sessi qed jagħti setgħa lill-istudenti (EN).
Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa
Gvernijiet fl-Ewropa qegħdin jieħdu inizjattivi fl-edukazzjoni tal-adulti fil-pajjiżi tagħhom:
- Il-Ministeru tal-Edukazzjoni fl-Estonja pprepara 471 kors ta’ taħriġ professjonali kontinwu għal 6,225 ruħ mingħajr ħlas (EN, ET).
- Fil-Polonja ġie organizzat taħriġ diġitali lill-għalliema dwar kif tuża Moodle biex tikkrea korsijiet fuq l-internet (PL).
Kont taf: L-EPALE ssibu f’24 lingwa tal-Unjoni Ewropea u kull verżjoni għandha kontenut uniku mfassal minn imsieħba minn kull pajjiż madwar l-Ewropa. Madankollu, issa tista’ ssibu wkoll f’76 lingwa oħra grazzi għall-Google Translate.
Idħol membru issa!
Tinsiex tirreġistra mal-EPALE biex tkun tista’ taqsam l-opinjonijiet tiegħek fuq dawn is-suġġetti. Ingħaqad magħna issa u kun parti mill-komunità flimkien ma’ 11,000 professjonist fit-tagħlim tal-adulti.
Jekk tixtieq tirċievi iktar aħbarijiet u informazzjoni mit-tim nazzjonali tal-EPALE, tista’ tindika dan fil-profil tiegħek tal-EPALE. Idħol fis-sit, agħfas fuq ismek fin-naħa tal-lemin ta’ fuq, agħfas fuq ‘Edit’ u mbagħad immarka l-kaxxa ‘NSS contact permission’.