chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Il-benefiċċji u l-isfidi tat-tagħlim mhux formali u informali.

Issieħeb fil-komunità EPALE ta' aktar minn 54,000 professjonista tat-tagħlim tal-adulti biex tikklassifika, tikkummenta u tikkontribwixxi!

 

Għeżież kollegi ta’ EPALE,

Matul Ġunju u Lulju, l-enfasi tematika tagħna hija fuq il-benefiċċji u l-isfidi tat-tagħlim mhux formali u informali. Matul dan iż-żmien, it-timijiet nazzjonali u l-komunità ta’ EPALE se jippubblikaw studji tal-każ, artikli, rapporti u riżorsi oħra dwar is-suġġett. Żur il-paġna tematika tagħna It-tagħlim mhux formali u informali biex tiskopri aktar (il-kontenut ivarja skont il-preferenza tal-lingwa tiegħek).

Tinsiex iżżur EPALE regolarment matul Lulju għal kontenut ġdid dwar it-tagħlim mhux formali u informali!

EPALE u n-Netwerk Ewropew tal-Ħiliet Bażiċi qed jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw riżorsi edukattivi miftuħa (OERs) u korsijiet onlajn miftuħa massivi (MOOCs) għal dawk li jfasslu l-politiki u li huma interessati fit-tagħlim tal-adulti. Il-materjali onlajn huma parti mis-Serje għall-Bini tal-Kapaċità:

Lesti ruħek għal aktar OERs u MOOCs mis-Serje għall-Bini tal-Kapaċità fl-2019!

 

Bloggati

Ħiliet personali, sforzi u perspettivi usa'liv tal-ġenituri bħala esperjenza ta' tagħlim informali (EN)

Markus Palmén intervista tliet ġenituri ta’ tfal żgħar biex jesplora l-potenzjal tal-filjazzjoni bħala esperjenza tat-tagħlim informali.

Eżempji ta' prattika tajba mill-avveniment ta' EPALE dwar l-edukazzjoni ċivika (EN)

Iċċekkja d-diversi eżempji ta’ prattika tajba u proġetti ta’ suċċess dwar l-edukazzjoni ċivika li l-komunità ta’ EPALE qasmet matul l-aktar avveniment onlajn riċenti tagħna.

Edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza globali: nirrikonoxxu l-importanza ta' spazji importanti għat-tagħlim (EN, CS)

F’din il-bloggata, ir-Riċerkatur Madeleine Le Bourdon qasmet  l-intuwiti tagħha mir-riċerka kontinwa tagħha, fejn indikat l-importanza tal-ispazji informali fl-edukazzjoni ċivikaqasam ta’ studju minsi.

 

Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa

F’Ġunju, fis-settur tat-tagħlim tal-adulti seħħew ħafna affarijiet:

 

Issieħeb issa!

Tinsiex tirreġistra ma’ EPALE biex tkun tista’ taqsam l-opinjonijiet tiqgħek dwar dawn il-posts. Issieħeb issa u sir parti mill-komunità ta’ aktar minn 54,000 professjonista tat-tagħlim tal-adulti.