chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

EPALE kif inhi differenti minn eTwinning?

eTwinning huwa post virtwali fejn tiltaqa’ għal xogħol kollaborattiv bejn l-iskejjel, l-għalliema u t-tfal, u jorganizza avvenimenti għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema. EPALE għandha l-għan li tibni komunità online għas-settur tat-tagħlim għall-adulti u l-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti.

Permezz tal-kalendarju pan-Ewropew, EPALE sejra tagħti informazzjoni dwar il-korsijiet u l-avvenimenti ta’ interess għall-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti. Il-pjattaforma ta’ EPALE ser ikollha wkoll firxa wiesgħa ta’ riżorsi edukattivi, aħbarijiet, avvenimenti u għodod ta’ netwerking, b’kontenut ta’ kwalità għolja identifikat minn esperti fil-qasam u tradott f’lingwi ewlenin.

F’dan l-istadju, mhuwiex previst li l-kalendarju sejjer jinkludi avvenimenti għall-għalliema tal-iskola primarja u sekondarja, bħal f’eTwinning, peress li EPALE tiffoka fuq l-istudenti adulti bħala l-utenti aħħarin. Huwa importanti li tinnota li, b’differenza minn eTwinning, EPALE mhux sejra toffri l-possibbiltà ta’ klassijiet doppji, peress li ma jeżistux klassijiet għall-adulti fl-istess mod bħalma jsir fl-edukazzjoni primarja u sekondarja.