Skip to main content
News
Aħbarijiet

IOWA – Iffukar fuq il-motivazzjoni ta' dawk arrestati u kkundannati fil-ħabsijiet Ewropej

Fl-1 ta' Settembru 2017 tnediet l-Azzjoni Ewlenija KA2 (KA204) tal-proġett ta' sħubija strateġika "InnOvative WAys for motivating prisoners for learning" (Modi Innovattivi ta' Motivazzjoni għat-Tagħlim tal-Ħabsin) (IOWA) fl-Iskola Siauliai għall-Istudenti Adulti (Šiaulių suaugusiųjų mokykla), fil-Litwanja, bi msieħba mill-Belġju, min-Norveġja, minn Spanja  (il-proġett Nru. 2017-1-LT01-KA204-035225).

L-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw fil-proġett għandhom l-għan li jaqsmu metodi innovattivi li jirnexxielhom jimmotivaw lill-ħabsin biex jistudjaw. Dan il-grupp soċjali normalment ikollu esperjenza negattiva tat-tagħlim, allura huwa importanti ħafna li titħeġġeġ il-motivazzjoni tagħhom lejn l-istudju u li jerġgħu jiġu ggwidati lejn il-proċess ta' tagħlim sabiex jintegraw ruħhom mill-ġdid kemm jista' jkun mingħajr problemi fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol wara perjodu fil-ħabs.

Is-soluzzjoni għal din il-problema hija importanti fil-pajjiżi kollha Ewropej. B'hekk, l-imsieħba fil-proġett jiffokaw fuq l-edukazzjoni ta' andragogi (għalliema adulti): tliet laqgħat għat-tagħlim, jiġu ppjanati attivitajiet ta' taħriġ fit-tagħlim, li matulhom ikunu se jsiru seminars, diskussjonijiet, żjarat ta' studju sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-opportunitajiet ta' tagħlim fil-ħabsijiet. Waqt l-implimentazzjoni tal-proġett, tinħoloq gwida tat-taħriġ li tgħin lill-għalliema (formali, mhux formali, vokazzjonali) jgħollu l-kwalità tat-tagħlim għall-adulti, u b'mod partikolari, jimmotivaw lill-ħabsin jitgħallmu bl-aktar mod effettiv possibbli.

Bejn it-28 ta' Jannar u l-4 ta' Frar, seħħew l-ewwel attivitajiet ta' tagħlim u taħriġ ta' dan il-proġett f'Turnhout, il-Belġju. It-tim internazzjonali (andragogi, psikoloġi tal-ħabs, speċjalisti tal-karrieri, rappreżentanti ta' taqsimiet amministrattivi, eċċ.) ippreżentaw il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjonijiet tagħhom għat-tagħlim tal-ħabsin, spjegaw il-politika edukattiva ta' pajjiżhom għall-ħabsin, u wrew metodi speċifiċi wżati fl-attivitajiet edukattivi mal-ħabsin.

Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjoni mhux governattiva Belġjana Asturia u ta' Taxandria CVO Turnhout, ċentru tat-tagħlim għall-adulti, introduċew metodi ta' motivazzjoni għat-tagħlim li jużaw biex jgħallmu l-Inliż u t-teknoloġija tal-informatika lill-ħabsin Belġjani kif ukoll lill-ħabsin barranin. Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjoni Spanjola “CEPER Concepcion Arenal” taw ħarsa ġenerarli lejn l-istrateġija li jużaw sabiex jimmotivaw il-kisba ta' professjoni. Urew ukoll approċċ uniku kif jużaw il-mużika, il-kanzunetti u ż-żfin tal-flamenco biex jgħallmu lill-ħabsin illitterati jaqraw u jiktbu. Ir-rappreżentanti tal-Iskola Siauliai għall-Istudenti Adulti (il-Litwanja) introduċew il-mod kif jipprovdu edukazzjoni formali fid-dipartiment tal-iskola tagħhom li jinsab fil-ħabs ta' Detenzjoni ta' Šiauliai. L-andragogi Litwani jorganizzaw attivitajiet personalizzati u kreattivi ta' titjib personali, pereżempju, kompetizzjonijiet, brainstorms, lezzjonijiet fi strumenti mużikali, eċċ. waqt il-lezzjonijiet u anki waqt is-sessjonijiet ta' tagħlim mhux formali. L-imsieħba Norveġiżi tal-proġett minn Jessheim videregående skole ippreżentaw bidliet fil-fatturi ta' motivazzjoni matul l-aħħar għaxar snin: minħabba l-bidliet fil-ħtiġijiet tas-soċjetà, kif il-ħabsin jaraw id-dinja, l-aspettattivi tagħhom għall-perjodu ta' kastig u wkoll għall-futur tagħhom wara l-priġunerija qed jinbidlu wkoll. Għaldaqstant, huwa importanti ħafna li jiġu investigati l-fatturi ta' motivazzjoni tal-priġunieri minn żmien għal żmien u skont ir-riżultati tar-riċerki tiġi organizzata metodoloġija għall-motivazzjoni tagħhom għall-istudju.

Waqt din il-laqgħa, il-parteċipanti tal-proġett żaru l-Ħabs ta' Wortel fejn intwerew l-ispazji edukattivi għat-taħriġ tal-ħabsin – kmamar għal-gruppi ta' ħidma u proġetti kreattivi, klassi tal-kompjuters, librerija, setturi tat-taħriġ vokazzjonali, eċċ. L-għalliema li jaħdmu f'din l-istituzzjoni bdew ix-xogħol tal-parteċipanti tal-proġett f'timijiet, li identifikaw ħames gruppi ta' persuni li għandhom l-akbar influwenza fuq il-motivazzjoni tal-ħabsin:  il-priġunieri nfushom (awtomotivazzjoni), kif ukoll priġunieri oħrajn (pari), il-familja tal-priġunieri, ċirku ta' ħbieb u, naturalment, l-għalliema u l-persunal tal-ħabs. It-timijiet kollha kkonkludew li l-interazzjoni ta' dawn il-gruppi kollha tiddetermina l-aħjar eżiti ta' tagħlim motivazzjonali.

Il-parteċipanti tal-proġett żaru wkoll l-Università ta' Antwerp, fejn ingħataw lekċer dwar il-priġunieri anzjani. Il-fattur tal-età huwa kundizzjoni importanti ħafna għall-ħajja tal-priġunier fil-ħabs u l-possibilitajiet li jistudja sabiex jikseb xi riżultati, waqt li jiffoka aktar fuq is-saħħa fiżika u mentali.

Fi ftit kliem, il-persunal tal-ħabsijiet Ewropej, l-imsieħba ta' dawn l-istituzzjonijiet wessgħu l-kompetenzi tagħhom fit-tagħlim tal-priġunieri u ġabru l-esperjenzi tal-pajjiżi-sħab sabiex jiżviluppaw metodi ġodda għall-aċċess innovattiv għall-edukazzjoni tal-priġunieri. Fit-triq lejn l-iskoperti kondiviżi, se jkunu disponibbli riżultati siewja għall-andragogi tal-pajjiżi-sħab tal-proġett kif ukoll għall-edukaturi tal-ħabsijiet minn pajjiżi oħrajn Ewropej.

Zulfija Guzienė, Koordinatur tal-ProġettRasa Dumčiūtė, Membru tal-grupp tal-proġett 

 

Login (2)

Trid lingwa oħra?

Dan id-dokument huwa disponibbli wkoll f’lingwi oħra. Jekk jogħġbok agħżel waħda hawn taħt.

Trid tikteb artiklu?

Toqgħodx lura milli tagħmel dan!

Ikklikkja l-link t’hawn taħt u ibda ibgħat artiklu ġdid!

L-aħħar diskussjonijiet

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More