chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

tal-kamra tal-aħbarijiet

Għaqal id-Dar Ħajja Aħjar-2017

20/01/2017
Lingwa: MT

F’inizjattiva li  l-Ministeru tal-Familja u Solidarjetá Soċjali qed iwettaq flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, qed ikun offrut kors Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar mill-‘Home Economists in Action’ għall-adulti fil-kommunitá  f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

 

Il-kors jiffoka fuq kif il-parteċipanti jużaw ir-riżorsi personali tagħhom u oħrajn li jistgħu jaċċessaw b’mod għaqli bl-għajnuna ta’ professjonisti minn diversi oqsma tal-ħajja.  Dan jgħinhom biex ikunu iktar responsabbli bħala ċittadini, bħala ħaddiema u bħala konsumaturi u biex iħossu li għandhom il-kapaċità li jieħdu azzjoni sabiex jgħinu lilhom infushom, lill-membri tal-familja u lill-kommunità biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom

 

L-istedina hi miftuħa għal kulħadd- anke minn min mhux residenti fil-lokal fejn ser isir il-programm. Għalhekk wieħed jista jagħżel li jattendi fejn hu l-iktar konvjenti għalih. L-applikazzjoni mehmuża għandha tkun sottomessa fl-uffiċju tal-Kunsill Lokali tal-lokalitá fejn wieħed jixtieq li jattendi.

 

 

 

Lokalita’

 Ġurnata: Kull nhar ta’

 Post

 Ħin

BIRŻEBBUĠA

ERBGĦA

SKOLA PRIMARJA

5PM SAS 7PM

MQABBA

TNEJN

SKOLA PRIMARJA

5PM SAS 7PM

GĦAJNSIELEM

ĠIMGĦA

KUNSILL LOKALI

5.30PM SAS 7.30PM

 

 

 

Ghal iktar informazzjoni fuq il-programm idhlu fuq il-paġna ta’ facebook https://www.facebook.com/ghaqaliddar/

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn