chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

tal-kamra tal-aħbarijiet

Wara s-suċċess tal-proġett pilota, il-Proġett msemmi ‘Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti’ permezz tal-programm ‘Schools as Community Learning Spaces’ qed iniedi t-tieni kamra għat-tagħlim tal-adulti. Din id-darba fl-Induction Hub tan-Naxxar, skola li fiha tilqa’ studenti barranin biss, b’ġenituri li fil-biċċa l-kbira jaħdmu sigħat twal mit-Tnejn sal-Ħadd, u wħud minnhom la jitkellmu Malti u lanqas Ingliż.

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport ta’ sinteżi ġdid dwar is-sitwazzjoni attwali tal-politiki u s-sistemi nazzjonali tat-tagħlim għall-adulti madwar l-UE-28. Id-dokument jiġbor is-sejbiet minn sett ta’ rapporti tal-pajjiż aġġornati fl-2017.

 

Ċerimonja ta’ Premjazzjoni tal-EPALE, Ċelebrazzjoni tat-Tagħlim tal-Adulti f’Malta

 

It-Tlieta 23 ta’ Ottubru li għadda, id-Direttorat għar-Riċerka, it-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ospita l-Premjijiet tal-EPALE (Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa) għall-2018. Iċ-ċerimonja kienet ċelebrazzjoni ta’ inizjattivi fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti u pprovdiet rikonoxximent formali tal-istudenti adulti u tal-edukaturi tal-adulti.

 

 

It-tagħlim għandu jkun aċċessibbli għal kulħadd u m’għandu jieqaf qatt. Dan kien il-messaġġ ewlieni fit-tnedija tal-programm ta’ korsijiet tal-adulti li se jibdew f’Ottubru li ġej u li jiġu organizzati mid-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabilità fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Sat-3 ta’ Awwissu d-Direttorat se jkun qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għal madwar 400 kors u 90 suġġett differenti.