chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

tal-kamra tal-aħbarijiet

Agħti fehmtek fid-Dikjarazzjoni tal-Ġenerazzjoni tal-Erasmus+

06/10/2017
Lingwa: MT
Document available also in: EN RO DE FR LV HU EL ES PL NL LT ET SL SK SV FI CS BG DA IT

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lil kulħadd biex jgħin jifforma l-futur tal-programm Erasmus+ billi jesprimi l-ideat u l-ħsibijiet tiegħu fl-Erasmus+ Generation Online Meeting Point.

 

 

X’inhi d-Dikjarazzjoni tal-Ġenerazzjoni ta’ Erasmus+?

Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tiġbor proposti konkreti mill-Ġenerazzjoni  Erasmus+ dwar il-futur ta’ dan il-programm. Iktar tard il-proposti se jinġabru fil-qosor f’dikjarazzjoni li se tiġi ppreżentata fit-30 ta’ Novembru lill-individwi Ewropej li jieħdu d-deċiżjonijiet fi Brussell. Id-Dikjarazzjoni tal-Ġenerazzjoni tal-Erasmus+ se sservi bħala bażi biex jinbena programm tal-Erasmus+ li hu aktar b’saħħtu, inklussiv u magħmul apposta għall-ġenerazzjonijiet futuri Ewropej.

Min jista’ jieħu sehem?

Il-parteċipanti u l-benefiċċjarji tal-Erasmus+ u dawk kollha li ħadu sehem fil-programmi ta’ qabel: żgħażagħ, studenti, studenti adulti, għalliema, dawk li jħarrġu, voluntiera, ħaddiema li jaħdmu maż-żgħażagħ kif ukoll organizzazzjonijiet li jinkludu skejjel, universitajiet, istituzzjonijiet ta’ taħriġ, negozji, għaqdiet taż-żgħażagħ, klabbs sportivi u federazzjonijiet.

Kif tieħu sehem?

Id-diskussjonijiet online (il-link hu estern) diġà bdew u fil-15 ta’ Ottubru 2017 se jibda jinkiteb l-ewwel abbozz tad-Dikjarazzjoni tal-Ġenerazzjoni Erasmus+. Id-diskussjonijiet se jiffukaw fuq 6 temi ewlenin:

  • Sfidi tas-soċjetà (Kif jista’ l-programm jgħin aktar biex jiġu trattati sfidi tas-soċjetà?)
  • Differenza fil-ħiliet (Kif jista’ l-programm jgħin biex jinkisbu l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għal soċjetà li qed tevolvi b’pass mgħaġġel?)
  • Parteċipazzjoni ċivika (Kif jista’ l-programm jappoġġja u jippromwovi aħjar parteċipazzjoni ċivika u valuri komuni Ewropej?)
  • Inklużjoni  (Kif jista’ l-programm ikun iktar inklussiv għall-gruppi kollha fis-soċjetà?)
  • Aċċessibbiltà (Kif jista’ l-aċċess u l-parteċipazzjoni ta’ dan il-programm jitwessgħu u jitjiebu?)
  • Id-dimensjoni globali tal-Erasmus+ (Kif tista’ l-kooperazzjoni ma’ dinja usa’ tikber u titjieb?)

Id-diskussjonijiet ikunu moderati minn persuni mqabbdin apposta mill-Aġenziji Nazzjonali tagħhom. Dawn l-individwi kollha kienu parteċipanti fl-Erasmus+ li għad għandhom għal qalbhom dan il-programm.

Inkiteb għall-Erasmus+ Generation Online Meeting Point
Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn