Skip to main content
Avvenimenti

Avvenimenti

Merħba għall-kalendarju l-ġdid ta’ EPALE! Din l-għodda ġiet maħluqa u mnedija għalik. L-avvenimenti maġġuri tat-tagħlim għall-adulti sejrin jitpoġġew hawnhekk, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ taħriġ u l-konferenzi minn madwar l-Ewropa kollha li huma mmirati lejn il-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti. Hekk kif EPALE tikber, se jiżdiedu iżjed avvenimenti mal-kalendarju.

Aħna ħerqanin li nisimgħu mingħandek ukoll. Fix-xhur li ġejjin inti se tkun tista’ żżid l-avvenimenti tiegħek, u tiġbed l-attenzjoni ta’ udjenzi minn madwar l-Ewropa kollha.

Kif tuża l-kalendarju

Inti tista’ tuża l-kalendarju biex tfittex avvenimenti speċifiċi, jew tfittex skont il-pajjiż, il-lingwa tal-avveniment, it-tema, id-data, il-grupp fil-mira u t-tip ta’ avveniment li tixtieq tipparteċipa fih. Ikklikkja fuq l-oġġett tal-kalendarju biex issib l-informazzjoni kollha relatata ma’ dak l-avveniment.

Bħal dejjem, nixtiequ nisimgħu l-fehmiet tiegħek. Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġerimenti dwar il-kalendarju, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-helpdesk ta’ EPALE jew permezz ta’ Twitter @EPALE_EU.

Jekk jogħġbok kun af li: L-avvenimenti li jidhru fil-kalendarju huma dawk approvati mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa rrakkomandat li tirriċerka iktar dwar l-adegwatezza ta’ kull avveniment għall-ħtiġijiet tiegħek. Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għat-tħassir ta’ kwalunkwe avveniment fil-kalendarju ta’ EPALE. Huwa rrakkomandat li l-utenti jikkontrollaw il-websajts tal-avvenimenti individwali regolarment sabiex jinformaw ruħhom dwar kwalunkwe bidla fl-avveniment.

2 Oct
2021
Upcoming

Presentazione del progetto Erasmus+ Empower.Ment

Italia
Reggio Emilia
Presentazione del progetto "Empower.Ment. Empowering people with Severe Mental Health Difficulties through inclusion in every step of the training and...
4 Oct
2021
Upcoming

Hvordan har de unge det?

Danmark
Copenhagen

Dansk Folkeoplysnings Samråd inviterer til 4 Morgener med Mening i efteråret

4 Nov
2021
Upcoming

Antisemit ist immer der Andere

Österreich
Wien

Wer ist der Antisemit in einer Zeit, da es keiner sein will? Nur der jeweils Andere wird verdächtigt.