Skip to main content
Blog
Blog

UNESCO: 5 messaġġi importanti għall-Ewropa

Andrew McCoshan, Koordinatur Tematika tal-EPALE, jirrevedi t-tielet Rapport Globali dwar it-Tagħlim tal-Adulti u l-Edukazzjoni (GRALE III) mill-UNESCO u joħroġ messaġġi importanti relevanti għat-tagħlim tal-adulti fl-Ewropa.

Andrew McCoshan, Koordinatur Tematika tal-EPALE, jirrevedi t-tielet Rapport Globali dwar it-Tagħlim tal-Adulti u l-Edukazzjoni (GRALE III) mill-UNESCO u joħroġ messaġġi importanti relevanti għat-tagħlim tal-adulti fl-Ewropa.

 

Ir-Rapport GRALE III ippubblikat reċentement jipprovdi sors rikk ta' intelliġenza li tista' tgħin tinforma dwar il-politika u l-prattika. Ibbażat fuq il-kwestjonarji mimlija minn 139 pajjiż, huwa jippermettilna nikkunsidraw is-sitwazzjoni fl-Ewropa f'kuntest globali. Huwa joffri ħafna għarfien, iżda xi wħud huma partikolarment relevanti għall-Ewropa:

 

1. It-tagħlim tal-adulti jiffoka wisq fuq l-għanijiet tal-impjiegi.

Dan huwa fenomenu li jinstab madwar id-dinja, għalhekk mhijiex l-Ewropa biss li qed tiffoka l-politika tagħha fuq is-suq tax-xogħol u tagħti inqas kas tal-benefiċċji soċjali, komunitarji u tas-saħħa usa'. Ir-raġunijiet jinsabu fil-pressjonijiet kurrenti li t-tagħlim tal-adulti għandu jintuża biex jittratta l-qgħad għoli iżda wkoll fit-tieni ħarsa notevoli tagħna ...

 

2. Il-politika tiffoka wisq fuq dak li huwa faċli jitkejjel.

Hemm tendenza ġenerali li l-gvernijiet jiddedikaw "relattivament ftit attenzjoni għall-benefiċċji tat-tagħlim tal-adulti u l-edukazzjoni għal-komunità u s-soċjetà" (għalkemm kif josserva r-rapport, ir-riċerkaturi, li jiena wieħed minnhom, huma ugwalment kolpevoli). L-effett fit-tagħlim tal-adulti huwa li aħna niffukaw fuq l-edukazzjoni formali u r-riżultati kwantifikabbli tas-suq tax-xogħol aktar milli fuq it-tagħlim mhux formali u informali u l-eżiti tal-komunità anqas tanġibbli. Il-pajjiżi Ewropej ħadu l-passi biex jirrimedjaw il-bilanċ lejn it-tagħlim mhux formali u informali. Madankollu, l-evidenza tkompli tenfasizza rata ta' progress kajmana.

 

3. Il-bażi tal-għarfien hija dgħajfa u dawk li huma l-aktar fil-bżonn mhumiex biżżejjed fil-mira.

Ir-rapport jinnota li 58% biss tal-pajjiżi jiġbru d-data dwar kwistjonijiet bażiċi bħat-tlestija. Kif innotat il-Kummissjoni Ewropea, dan mhuwiex biżżejjed, iżda s-sitwazzjoni għandha effett partikolarment fqir fuq il-kapaċità biex timmira l-provvista lejn dawk li jistgħu jibbenefikaw b'mod sinifikanti mit-tagħlim tal-adulti. Ħafna mill-pajjiżi Ewropej ma kinux kapaċi jirrapportaw fuq it-tagħlim tal-adulti fir-rigward ta' komunitajiet ta' minoranzi, persuni b'diżabilità jew nies li jgħixu f'żoni rurali.

 

4. Pajjiżi Ewropej Ċentrali u tal-Lvant jispikkaw globalment għar-rata ta' progress tagħhom f'bosta żoni.

Għalkemm GRALE III ma jenfasizzax din il-karatteristika, jekk tħares lejn ir-rapport huwa ċar li sar ħafna progress mill-pajjiżi Ewropej tal-Lvant Ċentrali, kif turi l-kaxxa. Fuq għadd ta’ indikaturi, dan il-grupp ta' pajjiżi għandu l-ogħla proporzjon ta' stati li jirrappurtaw prestazzjoni tajba. Il-maġġoranza ta' dawn il-pajjiżi jirrappurtaw politiki u innovazzjonijiet ġodda biex itejbu l-aċċess u l-parteċipazzjoni, il-governanza u l-kwalità. Ħafna wkoll jirrapportaw rati ta' parteċipazzjoni mtejba. 

Perċentwal ta' pajjiżi li jirrappurtaw...

 

Pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

Id-Dinja

Politiki ġodda ta' tagħlim u edukazzjoni tal-adulti ppromulgati

94%*

70%

Innovazzjonijiet sinifikanti biex jiżdied l-aċċess u l-parteċipazzjoni

87%*

69%

Il-partijiet interessati kkonsultati dwar il-politika

82%*

68%

Innovazzjonijiet sinifikanti fil-governanza

73%*

63%

Żieda fir-rati ta' parteċipazzjoni

71%*

60%

Innovazzjonijet sinifikanti għat-titjib fil-kwalità

71%

65%

Żieda fl-infiq pubbliku

38%

46%

 Innovazzjonijet sinifikanti fl-iffinanzjar

36%

48%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*L-ogħla persentaġġ tal-gruppi reġjonali kollha

Sors: L-Istitut tal-UNESCO għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (2016) It-tielet Rapport Globali dwar it-Tagħlim u l-Edukazzjoni tal-Adulti

 

 

5. Madankollu, pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant ma tawx l-istess attenzjoni lill-aspetti finanzjarji tat-tagħlim tal-adulti.

Għalkemm iż-żidiet fl-infiq pubbliku u fl-innovazzjonijiet fl-iffinanzjar globalment għadhom lura meta mqabbla mal-progress f'oqsma oħra, il-pajjiżi Ewropej Ċentrali u tal-Lvant għandhom l-aktar perċentwal baxx tal-gruppi reġjonali kollha. Barra minn hekk, fil-qasam tal-innovazzjoni finanzjarja, iċ-ċifra ta' 36% tinsab f'kuntrast mas-67% tal-grupp reġjonali fit-Tramuntana tal-Amerika u tal-Ewropa tal-Punent . Dan huwa fil-kuntest ta' wieħed mill-messaġġi ewlenin tar-rapport li huwa l-ħtieġa għal "investimenti kbar [...] għad-deċenji li ġejjin". 

 

Dak li jinstab wara dan il-paradoss ta' progress apparenti f'tant oqsma minbarra l-finanzjament huwa kwistjoni li għad irrid insolvi. EPALE jixtieq ħafna jisma' l-opinjonijiet tiegħek.

 

Andrew McCoshan ħadem fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal aktar minn 25 sena. Għal aktar minn 10 snin huwa speċjalizza fl-istudji tal-iżvilupp tal-politika u tal-evalwazzjonijiet għall-UE. Bħalissa Andrew huwa konsulent freelance u Espert ECVET għar-Renju Unit. Hu kien ukoll l-espert dwar il-kwalità għan-Netwerk tat-Tagħlim Transnazzjonali FSE dwar il-mobbiltà għaż-żgħażagħ żvantaġġati u adulti żgħar.

 

Titlifx xi wħud mill-artikli l-oħra tal-esperti tagħna fuq GRALE III:

 

Login (2)

Trid lingwa oħra?

Dan id-dokument huwa disponibbli wkoll f’lingwi oħra. Jekk jogħġbok agħżel waħda hawn taħt.

Want to write a blog post ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new article!

L-aħħar diskussjonijiet

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More

Avvenimenti li ġejjin