chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE - Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

Blog

Prattiki ta’ Attenzjoni Mentali (Mindfulness) biex Tieħu Ħsieb il-Benesseri u l- Kapaċità Mentali Tiegħek, Ibbażati fuq l-Eżempju ta’ Edukaturi tal-Attenzjoni Mentali Estonjani

06/02/2020
minn Piret Maiberg
Lingwa: MT
Document available also in: ET EN ES

Parti importanti mill-iżvilupp personali ta’ edukatur professjonali hija x-xogħol kontinwu biex jikseb u jżomm il-bilanċ fiżiku, mentali u emozzjonali tiegħu jew tagħha. L-attenzjoni mentali hija waħda mill-għodod biex tittejjeb is-saħħa mentali ta’ persuna, u matul l-aħħar għaxar snin, ġew ippubblikati aktar minn 4000 artiklu xjentifiku dwar l-użu tagħha. Billi nevitaw problemi tas-saħħa mentali u nieħdu ħsieb l-kapaċitajiet mentali tagħna, nistgħu ngħixu ħajja f’qagħda ta’ saħħa aħjar u ta’ kwalità ogħla. Dak li jgħodd fl-edukazzjoni għall-adulti huwa kif iħossu l-edukatur, x’inhuma l-emozzjonijiet tiegħu/tagħha qabel jew waqt it-taħriġ, u x’tip ta’ sentimenti ġenerali jesperjenza/tesperjenza2.

Hija sfida kbira għall-edukaturi,  u nistgħu ngħidu għan-nies ukoll illum, biex jevitaw il-problemi tas-saħħa mentali u, naturalment, huwa importanti li jieħdu ħsieb il-kapaċità mentali tagħhom stess. Fl-Estonja, is-saħħa mentali, id-dipressjoni u l-eżawriment  bdew ikunu suġġetti diskussi ħafna f’dawn l-aħħar snin. Skont l-istatistiċi tad-WHO, l-Estonja tinsab fuq quddiem fid-dinja, f’dak li għandu x’jaqsam mad-dipressjoni, u madwar 75,000 Estonjan, jiġifieri 5.9 fil-mija tal-popolazzjoni kollha, huma dijanjostikati b’dan id-disturb. Fil-fatt, hemm ħafna aktar nies li jbatu minn stress u dipressjoni. Iżda meta jiġu biex jiġu dijanjostikati bid-dipressjoni, ħames jew sitt persuni minn mija qed ibagħtu b’dik il-kundizzjoni3.

L-esperjenza tiegħi stess wriet li l-involviment fl-attenzjoni mentali jgħinni ntejjeb l-attenzjoni fil-ħajja ta’ kuljum tiegħi u jżommni kalm anke f’sitwazzjonijiet kritiċi. Li edukatur ikollu għarfien żviluppat sew ta’ tekniki tajbin ta’ analiżi personali u l-abbiltà li jikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħu jgħinu biex jaffronta sitwazzjonijiet stressanti. Kif jiġri fil-ħajja ta’ kulħadd, it-tensjonijiet jistgħu jakkumulaw anke fil-ħajja ta’ edukatur. Meta ma tiġix indirizzata, it-tensjoni ssir stress, u tista’ wkoll tiżdied jekk il-persuna ma tkunx tista’ taffrontaha.

Sar stħarriġ fost l-infermiera fl-Istati Uniti u l-Iżrael, li żvela li prattiki ta’ attenzjoni mentali jistgħu jiġu mgħallma fuq il-post tax-xogħol, u jistgħu jkunu komponenti utli fi strateġija multidimensjonali biex jitnaqqas l-eżawriment fost l-impjegati. Analiżi kwalitattiva tad-djarji tal-parteċipanti fl-istess riċerka wriet tnaqqis fil-livell ta’ tensjoni, paċi interna, kompassjoni u ferħ akbar, fokus aħjar, u għarfien personali (Moody, Kramer, Santizo, Magro, 2013).

Fix-xogħol tiegħi, investigajt kif l-edukaturi Estonjani nfushom jużaw prattiki ta’ attenzjoni mentali biex jieħdu ħsieb is-saħħa mentali, il-prestazzjoni u l-kapaċità tax-xogħol tagħhom; kif il-prattiki ta’ attenzjoni mentali jikkontribwixxu għas-serħan il-moħħ fil-ħajja ta’ kuljum, u x’differenzi jinnotaw meta mqabbla maż-żmien meta l-attenzjoni mentali ma kinitx parti minn ħajjithom. Barra minn hekk, esplorajt il-benefiċċji tal-prattiki ta’ attenzjoni mentali fil-prevenzjoni tal-eżawriment.

L-istudju żvela li l-edukaturi, li japplikaw b’mod attiv il-prattiki ta’ attenzjoni mentali, jinnotaw benefiċċji kbar fit-twassil ta’ dawn il-prattiki. Ir-riżultati wrew li prattiki ta’ attenzjoni mentali jgħinuhom, fl-istima tagħhom stess, biex ikollhom bilanċ aħjar meta jiġu influwenzati, u biex jgħixu l-ħajja ta’ kuljum b’mod aktar konxju. Madankollu, livelli aktar baxxi ta’ stress iwasslu għal kwalità ta’ ħajja ogħla u aħjar flimkien ma’ livell aħjar ta’ saħħa mentali u fiżika.

Ir-riċerka sħiħa u r-riżultati tagħha jistgħu jinqraw HAWNHEKK.

 

Referenzi:

  1. AMRA 2019, AMRA Resources and Services, meħud minn  https://goamra.org/resources/(il-link hija esterna)
  2. Pedosaar, Alesja (2014). Koolitaja emotsionaalsed kogemused täiskasvanukoolituses. meħud minn http://andragoogika.tlu.ee/?page_id=574(il-link hija esterna)
  3. Rõuk, Laura, (2018, 9.märts). Eestlased depressiooni poolest esirinnas: kuidas vaimset tervist ravida? Postimees. meħud minn https://tervis.postimees.ee/4434135/eestlased-depressiooni-poolest-esirinnas-kuidas-vaimset-tervist-( link esterna)
  4. Moody, Karen; Kramer, Deborah; Santizo, Ruth O, Magro, Laurence (2013). Helping the Helpers: Mindfulness Training for Burnout in Pediatric Oncology-A Pilot Program. Journal of Pediatric Oncology Nursing 30(5):275-284
Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn
Refresh comments Enable auto refresh

Qed jintwerew 1 - 1 minn 1
  • Judit B. B.'s picture
    Nagyon fontosnak tartanám az ilyen technikák minél szélesebb körben történő kiterjesztését a segítő foglalkozásban dolgozók részére, hiszen az alacsonyabb stresszfaktor köztudottan jobb életminőséget és jobb mentális és fizikai egészséget eredményez, ami kihat a mindennapi munkavégzésre.