L-inizjattiva Stejjer tal-Komunità tal-2022
L-istejjer huma kull fejn tmur. Qegħdin hemm, jistennew li jinstabu, jingħadhom u jinqasmu. L-Istorja hija magħmula minn stejjer. U l-istejjer jiggwidaw il-futur tagħna.
L-istejjer iġagħluna naħsbu dwar affarijiet b’modi li qatt ma ħsibna fuqhom qabel. Għandhom il-poter li jġegħluna kemm nidħku u kemm nibku.
Meta tirrakkonta storja, tgħin lin-nies jingħaqdu flimkien. Storja trawwem konnessjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, il-maġija tal-istejjer tinsab fil-mod kif jgħaqqdu lil dawk li jista’ jkollhom ftit jew xejn komuni.
L-istorja ta’ ħajjitna – it-tlugħ, l-inżul, u dak kollu bejniethom – issawwarna. Hekk kif nikbru u nesperjenzaw affarijiet ġodda, nibdlu lilna nfusna. Hekk kif nirrakkontaw l-istejjer tagħna, nitgħallmu dwarna nfusna, u dwar id-dinja ta’ madwarna. Nifhmu, nikbru, u nikkomunikaw.
Din hija l-ispirazzjoni wara l-inizjattiva Stejjer tal-Komunità tal-2022!
EPALE tixtieq tisma' leħnek, u l-istorja tiegħek, u tistiednek tkun parti minn arkivju ta' esperjenzi li għexna, miġbura minn edukaturi minn madwar l-Ewropa kollha.
X'inhi l-ewwel memorja tat-tagħlim tiegħek? Min kien hemm miegħek biex jagħmel dak il-mument pjaċevoli? Għaliex għażilt li tkompli tiżviluppa l-għarfien u l-ħiliet tiegħek? U meta għażilt li tappoġġja lill-adulti fl-iżvilupp personali u professjonali tagħhom?
Għinna nesploraw il-komunità tat-tagħlim għall-adulti.
X'jimmotivak? Xi jġiegħlek tħossok kburi fl-aħħar tal-ġurnata? Xi jġiegħlek tħossok tajjeb dwarek innifsek bħala professjonist tat-tagħlim għall-adulti? U l-edukazzjoni kif bidlitlek ħajtek?
X'inhi l-istorja tiegħek?
Eliġibilità: Il-membri ta' EPALE huma mistiedna jaqsmu l-istejjer tagħhom.
Sottomissjoni ta’ stejjer: 21 ta’ April 2022 – 30 ta’ Ottubru 2022.
Materjali viżwali: Huma milqugħa stampi u links għal vidjows.
Kif tipparteċipa: Aqsam l-istorja tiegħek billi timla l-formola onlajn.
Il-premjijiet: L-istejjer se jiġu ppubblikati fuq EPALE u miġbura f'pubblikazzjoni diġitali, il-Ktieb tal-Istorja tal-Komunità EPALE. Titlifx iċ-ċans li tkun parti mill-Storybook!
Il-parteċipanti kollha se jkunu mistiedna jattendu taħriġ onlajn b’xejn u esklussiv, ta’ livell għoli, ta’ Rakkont ta’ stejjer (Storytelling) u Narrativa Personali, li għandu jitmexxa wara li titlesta l-inizjattiva.