L-enfasi ta' l-EPALE: it-tagħlim tal-adulti fuq il-post tax-xogħol

It-tagħlim tal-adulti ħafna drabi jsir fuq il-post tax-xogħol. Din hija r-raġuni għala huwa importanti li kull post tax-xogħol ikollu ambjent tajjeb għat-tagħlim, u li l-adulti jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġu biex jiksbu l-impjiegi li jridu jew biex jimxu ’l quddiem fil-karrieri professjonali tagħhom. Fis-suq tax-xogħol tal-lum li qed jinbidel b’rata mgħaġġla, kull pajjiż jeħtieġ li jiżgura li l-forza tax-xogħol tiegħu jkollha l-ħiliet it-tajbin, u li l-adulti li jaħdmu jibqgħu kompetittivi u jibqgħu jaġġornaw il-ħiliet tagħhom sabiex jibqgħu impjegabbli u jaqdu rwol sħiħ fis-soċjetà.
Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport dwar il-politiki li jippromwovu jew li jiffaċilitaw it-tagħlim tal-adulti li jsir fi, jew jipprepara lin-nies, għall-post tax-xogħol. Żur ir-rapport biex tesplora l-messaġġi ewlenin għall-iżvilupp tal-politika flimkien ma’ studji ta' każijiet ta' ispirazzjoni.
Kont involut fi proġett ta’ suċċess immirat lejn it-titjib jew l-introduzzjoni tal-innovazzjoni fit-tagħlim fuq il-post tax-xogħol? Forsi taf b’inizjattiva li timmira li tħarreġ lill-mentors u lill-impjegaturi biex jipprovdu tagħlim fuq il-post tax-xogħol? Aqsam il-proġett ta’ suċċess tiegħek bejn il-11 u t-13 ta’ Novembru fuq din il-paġna u għin biex tispira lill-komunità tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa! L-istejjer kollha maqsuma hawnhekk sejrin jiġu inklużi fil-bullettin ta’ kull xahar tagħna. |
https://epale.ec.europa.eu/lv/blog/epale-focus-adult-learning-wo