Blog
Blog

Biex tittejjeb il-kwalità tal-Edukazzjoni għall-Adulti f’Malta – id-Diploma Nazzjonali tat-Tagħlim għall-Adulti

23167888_1960897584164414_3550854542583412918_n

It-tagħlim għall-adulti hu komponent vitali fuq livell nazzjonali u Ewropew. Hu essenzjali għall-kompettitività u l-impjegabilità, l-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva, u l-iżvilupp personali madwar l-Ewropa. Il-pajjiżi l-ħin kollu qed jagħmlu ħilithom biex jipprovdu opportunitajiet ta’ tagħlim għal kulħadd. Iżda s-suċċess tat-tagħlim għall-adulti jiddependi wkoll mill-kwalità ta’ kif tiġi provduta tali edukazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li tingħata attenzjoni biex l-edukaturi ma jkunux biss esperti fil-qasam akkademiku jew tekniku partikulari tagħhom, imma li jkunu wkoll mgħammra bl-għarfien, ħiliet u kompetenzi meħtieġa biex iwettqu effettivament programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ. 

F’dan l-artiklu qasir, nixtieq insemmi l-kuntest Malti, u niffoka partikolarment fuq id-Diploma Nazzjonali għall-Adulti li hi MQF/EQF Level 5. Din tnediet fl-2014 bl-għan li ttejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għall-adulti f’Malta u kienet inkluża wkoll fl-Istrateġija Nazzjonali għat-Tagħlim tul il-Ħajja 2020. Din id-Diploma Nazzjonali nħadmet għal dawk li diġà qed jaħdmu jew li huma interessati jaħdmu fl-edukazzjoni għall-adulti u t-taħriġ. Din il-kwalifika nħadmet fuq programm flessibbli biex takkomoda l-ħtiġijiet personali tal-istudenti. Iċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati għal dan il-programm inżammet il-Ġmgħa 3 ta’ Novemrbu 2017 b’aktar minn 100 gradwat, li juri l-konkorrenza qawwija ta’ dal-programm.

Ħassejt li kelli nikteb erba’ kelmiet għal EPALE, fir-rwol tiegħi bħala ambaxxatur ta’ EPALE għal Malta kif ukoll bħala wieħed mil-letturi u practicum mentor ta’ dan il-programm partikolari. Id-diploma tkopri numru ta’ suġġetti u għanijiet ta’ tagħlim marbuta mat-teorija, prattika, metodi ta’ istruzzjoni fit-tagħlim għall-adulti, assenjamenti u tagħlim tul il-ħajja. Il-parteċipanti kellhom numru ta’ moduli li kellhom isiru bilfors kif ukoll oħrajn li għażluhom huma. Ir-rispons  ta’ wħud mill-istudenti tiegħi kien li l-motivazzjoni biex isegwu dan il-kors kienet fil-biċċa l-kbira intrinsika. L-istudenti riedu l-iktar itejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom waqt li joħolqu opportunitajiet għalihom infushom kif ukoll jifformalizzaw l-ħila tagħhom li jgħallmu lill-adulti. Barra minn hekk irrikonoxxew l-importanza li jassiguraw il-kwalità tat-tagħlim għall-adulti u l-bżonn li ma jibqgħux lura f’dan l-aspett. Dan il-grupp ta’ studenti kien eteroġeniku ħafna – kienu ġejjin minn sfondi u esperjenzi differenti u anki l-kwalifiki qabel bdew il-kors kienu diversi. Għalkemm din tista’ tidher intimidanti, fl-opinjoni tiegħi kkontribwiet lejn ambjent ta’ tagħlim iktar rikk għall-istudenti, li ħadmu flimkien f’ambjent fertili fit-tagħlim.  

Żgur ma nistax ninsa nsemmi l-aħħar practicum li kien jinvolvi lill-istudenti biex joħolqu l-kors tagħhom stess (kellhom isibu wkoll il-post u l-istudenti kif ukoll jieħdu ħsieb il-loġistika u kif se jagħtu l-kors u l-assenjamenti) u l-kitba ta’ esej twila bħala riflessjoni dwar il-proċess imsejjes fuq il-mudell ADDIE. Din kienet opportunità biex ikomplu jwettqu fil-prattika l-materjal kopert matul il-programm. Ikolli nammetti li kien hemm numru ta’ studenti li din il-parti tal-programm sabuha pjuttost eżiġenti, imma din hi r-realtà li jaffaċċjaw l-edukaturi għall-adulti. Għalhekk fl-opinjoni tiegħi kien importanti li dawn l-istudenti jkunu esposti għall-implikazzjonijiet prattiċi ta’ kif jorganizzaw, jiddisinjaw, jiżviluppaw, jagħtu u jivvalutaw programm ta’ taħriġ. Inqis dan kollu bħala l-qofol tal-kors.

Issa li l-kors spiċċa, sar proċess ta’ evalwazzjoni biex jiġu identifikati titjib jew possibbilment bidliet fil-mod ta’ kif jingħata. Hu fundamentali li wieħed jitgħallem mill-esperjenza tiegħu u jinsisti biex ikompli jtejjeb fejn jista’.

Għalkemm dan l-artiklu ffoka biss fuq din id-diploma partikolari, wieħed irid jirrikonoxxi aspetti oħra bħall-Istandards Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla. Standard numru 6 jitkellem speċifikament dwar li tgħallem lill-impjegati. Istituzzjonijiet edukattivi għandhom jassiguraw il-kompetenza tal-għalliema impjegati magħhom. Il-proċessi ta’ reklutaġġ, kundizzjonijiet ta’ impjieg u żvilupp professjonali għandhom ikunu ċari, ġusti u trasparenti. Dan ovvjament japplika għal dawk li jipprovdu edukazzjoni għall-adulti.

Il-konklużjoni tiegħi hi li ninsab pożittiv li din id-diploma nazzjonali kienet biss l-ewwel pass biex ikun hemm aktar inizjattivi ta’ kwalità għall-proviżjoni ta’ edukazzjoni għall-adulti f’Malta. L-esperjenza miksuba għandha tintuża biex ikompli jinbena fuq ix-xogħol tajjeb li ġa sar matul din id-diploma. 

Login (2)

Trid lingwa oħra?

Dan id-dokument huwa disponibbli wkoll f’lingwi oħra. Jekk jogħġbok agħżel waħda hawn taħt.
Switch Language

Want to write a blog post ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new article!

L-aħħar diskussjonijiet

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More