chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Blog

Il-futur tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza – Perspettivi Ewropej

29/08/2016
minn Mahira Spiteri
Lingwa: MT
Document available also in: DE EN HR PT CS RO ET SK HU LV

/mt/file/citizenship-education-landing-pagejpgCitizenship Education Landing Page.jpg

Citizenship Education

L-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza hija aktar importanti minn qatt qabel – speċjalment għall-adulti. Strateġiji Komuni Ewropej huma meħtieġa biex jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini sabiex ikunu jistgħu jipparteċpaw attivament f’soċjetà demokratika u jiffaċċjaw l-isfidi attwali. Dawn l-isfidi huma simili f’ħafna partijiet tal-Ewropa: L-inugwaljanzi soċjali jwasslu għal nuqqas ta’ fiduċja f’sistemi u partiti politiċi stabbiliti, in-nies jaderixxu għal argumenti populisti, l-Iżlamiżmu jirrappreżenta theddida għas-sigurtà pubblika u jiffavorixxi tendenzi ksenofobiċi u anti-Iżlamiċi. Bil-ħruġ tad-“Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni” f’Pariġi f’Marzu 2015, il-ministri għall-edukazzjoni tal-istati membri tal-UE qed jiffokaw fuq l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza. L-edukazzjoni inklussiva, opportunitajiet ugwali, in-nondiskriminazzjoni u l-promozzjoni ta’ kompetenzi ċiviċi ggwadanjaw importanza bħala prijoritajiet ġodda f’qafas strateġiku dwar il-kooperazzjoni tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020). Issa jmiss lill-prattika edukattiva tieħu azzjoni:

Kif tista’ l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tippromwovi kompetenzi ċiviċi, demokratiċi u fil-mezzi tal-komunikazzjoni u trawwem il-koeżjoni soċjali f’Ewropa diversa u tolleranti?

F’serje ġdid ta’ bloggs, l-EPALE se tippreżenta xenarji futuri, kunċetti minn esperti fl-edukazzjoni kif ukoll eżempji ta’ prattiki tajba. Ikkontribwixxi post ta’ blogg jew ikkummenta mill-perspettiva reġjonali jew professjonali tiegħek dwar il-futur tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza u ddiskuti l-ideat tiegħek mal-komunità tat-tagħlim għall-adulti! It-timijiet tal-EPALE fil-Ġermanja, l-Awstrija u fir-Renju Unit qed jistennew bil-ħerqa l-kontribuzzjonijiet tiegħek!

Biex tinvolvi ruħek jekk jogħġbok ikkuntattja lill-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni għall-EPALE billi żżur il-paġna tal-NSS.

Alternattivament tista’ tirreġistra(il-link hija esterna) u ttella’ post ta’ blogg(il-link hija esterna) fuq l-EPALE.

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn
Refresh comments Enable auto refresh

Qed jintwerew 1 - 1 minn 1
  • Mahira Spiteri's picture

    This is a great initiative. This topic is directly related to development education and CONCORD, the European NGO Confederation for relief and development, may have relevant content with regards to the aforementioned topic. 

    For more info: http://concordeurope.org/