Blog
Blog

Skambju ta’ Għarfien u Tagħlim f’Malta

Bħala Stat Membru tal-UE, l-Irlanda għandha aċċess għal programmi ta’ finanzjament tal-UE, bħal Erasmus+, li jappoġġjaw lin-nies biex jiksbu ħiliet tax-xogħol ġodda, jikkontribwixxu għal ċittadinanza attiva kif ukoll għall-iżvilupp personali. Dawn il-programmi jippermettu lill-AONTAS biex tappoġġja lill-membri tagħna biex jippromwovu u jagħtu profil lill-ħidma tat-tagħlim għall-adulti fl-Irlanda. Tipprovdi wkoll lill-membri bl-opportunità li jitgħallmu mill-ġirien tagħna tal-UE u biex jiksbu ideat ġodda u jadottawhom fl-Irlanda.

Fi Frar 2018, Lindsey Liston, miċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Familja ta’ Southill Limerick, vjaġġat lejn Malta biex tiltaqa’ ma’ persuni li jfasslu l-politika ewlenin u li huma involuti fit-tfassil tal-iskema tal-kura tat-tfal bla ħlas fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’Malta. Il-vjaġġ sar bħala parti minn proġett ERASMUS+ organizzat minn AONTAS biex jappoġġja l-iżvilupp professjonali ta’ prattikanti fl-edukazzjoni għall-adulti.

Lindsey Liston, Southill FRC

Lindsey Liston minn Southill Limerick, taħdem maċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Familja (FRC, Family Resource Centre) u ilha involuta ma’ gruppi edukattivi fil-komunità, fil-belt ta’ Limerick, għal dawn l-aħħar 10 snin. Fi Frar 2018, Lindsey ħadet sehem fil-proġett ERASMUS+ "Nagħmlu Impatt f’livell Ewropew", proġett iffinanzjat mill-UE, organizzat minn AONTAS, li jappoġġja l-iżvilupp professjonali ta’ ħaddiema fl-edukazzjoni għall-adulti.

Bħala parti minn dan il-proġett, Lindsey vjaġġat lejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’Malta biex tiltaqa’ ma’ persuni li jfasslu l-politika ewlenin u li huma involuti fit-tfassil tal-iskema tal-kura tat-tfal bla ħlas, bil-għan li tgħin u tkun ta’ appoġġ għax-xogħol ta’ Southill FRC.

L-iskop taż-żjara kien li jkun hemm skambju tal-għarfien u t-tagħlim, b’mod partikolari fl-oqsma tal-litteriżmu u interventi numeriċi, l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni, waqfien mill-iskola qabel iż-żmien u skema ta’ kura tat-tfal bla ħlas introdotta mill-Gvern Malti fl-2014.

Niftħu l-Bibien permezz tal-Litteriżmu

Fl-ewwel jum kont entużjasta biex niltaqa’ ma’ Christianne Fenech u l-kollegi tagħha fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol. Fil-ftit jiem qosra taż-żjara, kelli ppreparata għalija aġenda mimlija ġmielha li introduċitni għal aspetti varji tas-sistema edukattiva ta’ Malta għal tul il-ħajja kollha.

Fl-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, iltqajt ma’ għadd ta’ persunal anzjan. Tgħallimt dwar l-interventi kreattivi u innovattivi kollha għall-appoġġ u t-tisħiħ tal-litteriżmu u l-ħiliet numeriċi permezz ta’ taħriġ, appoġġ u programmi li qed jitmexxew f’kuntest ta’ snin bikrija, skejjel u komunitajiet usa’.

Innutajt li jingħataw premjijiet u rikonoxximenti lil tfal li jkunu qed jaqraw f’xi ġnien jew għall-apert fit-toroq eċċ. L-aġenzija tippubblika bookmarks biex tippromwovi l-qari "kull ħin, kullimkien". Huma jorganizzaw ukoll diversi avvenimenti u għandhom firxa impressjonanti ta’ programmi u inizjattivi li qed jiġu żviluppati u mogħtija, minn programmi ta’ qari fis-sajf, għal attivitajiet ta’ kitba għall-familja, li wħud minnhom ukoll jistgħu jintużaw mill-Irlanda biex tkun tista’ tibni u tespandi fuq il-firxa impressjonanti ta’ inizjattivi ta’ litteriżmu li għandha l-Irlanda stess.

Kura tat-Tfal Bla Ħlas - “Biex ix-Xogħol Ikun Irendi”

Minn perspettiva Irlandiża, forsi waħda mill-inizjattivi l-iktar interessanti li ġiet esposta għalihom matul l-iskambju kienet l-iskema ta’ kura tat-tfal bla ħlas, li kienet introdotta mill-Gvern Malti fl-2014. L-elementi bażiċi tal-iskema huma li l-ġenituri kollha li huma f’impjieg jew li qed isegwu kors ta’ edukazzjoni, jirċievu kura tat-tfal imħallsa mill-Istat li tippermettilhom ikomplu bil-ħajja tagħhom sew fl-impjieg kif ukoll fl-edukazzjoni tagħhom.

L-iskema rnexxiet u kienet ta’ suċċess kbir tant li r-rati tal-impjieg f’Malta rritornaw għal livelli massimi. Iż-żieda fid-dħul mit-taxxi minħabba rati ogħla ta’ nies f’impjieg u t-tnaqqis ta’ dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali waslu biex l-iskema tiffinanza b’mod effettiv lilha nfisha. L-iżvantaġġ tal-iskema huwa li qed tkun miċħuda opportunità b’mod involontarju lil tfal li jista’ jkun li jinħtieġ li jingħataw attenzjoni fi stadju bikri, iżda minħabba li fil-preżent il-ġenituri tagħhom jistgħu jkunu qiegħda u/jew mhumiex f’pożizzjoni li jsegwu kors ta’ edukazzjoni, mhumiex qed jibbenefikaw minn din l-iskema.

Dan huwa fejn Malta u l-Irlanda jistgħu jitgħallmu minn xulxin. Fl-Irlanda, sibna mezz kif inkunu ta’ appoġġ għal dawk it-tfal li l-aktar jeħtieġu servizzi permezz ta’ provvedimenti ssussidjati, iżda forsi kien traskurat il-fatt li “x-xogħol għandu jkun irendi” kif ukoll ma ngħatax appoġġ effettiv għall-kura ta’ tfal ta’ ġenituri li jaħdmu. Iż-żewġ approċċi miż-żewġ pajjiżi kkunsidrati flimkien, għandhom il-potenzjal li jindirizzaw id-dgħjufija fiż-żewġ sistemi, filwaqt li jipprovdu kura tat-tfal effettiva, bi prezz baxx u ta’ kwalità għolja għal kulħadd, iżda l-esplorazzjoni ta' dan f’aktar dettall tista' tiġi deskritta fi blog ieħor!

Tagħlim b’riżultat tal-Vjaġġ

B’mod ġenerali, il-vjaġġ kien tassew produttiv u esperjenza utli ta’ tagħlim. It-tagħlim li ksibt minn din l-esperjenza se jtejjeb kif ukoll ikun ta’ gwida għax-xogħol attwali tiegħi kif ukoll għal dak futur f'Southill FRC. Huwa fetaħ ukoll il-bibien għal kollaborazzjoni transkonfinali futura bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna, iżda forsi l-akbar vantaġġ tal-parteċipazzjoni fil-programm ERASMUS+ kien l-opportunità biex ikun identifikat u biex inkunu mfakkra f’dak li qed neċċellaw fih kif ukoll kif nistgħu ntejbu is-servizz fil-pajjiż tagħna stess.

Fl-Irlanda, bħal fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, għandna t-tendenza li niffukaw u nintilfu fuq l-affarijiet li mhux qed nagħmlu tajjeb jew fuq l-oqsma li mhux sejrin daqstant tajjeb u ma nkunux qed naraw dak li qed nagħmlu tajjeb. Dan il-vjaġġ ipprovda opportunità f’waqtha biex niġu mfakkra dwar dan u biex jiġu diskussi s-suċċessi tagħna, il-kisbiet tagħna u l-avvanzi tagħna, b’mod partikolari fil-qasam tal-ħiliet numeriċi u l-litteriżmu, l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni, l-intervent bikri u l-prevenzjoni u l-inugwaljanza.

 

Login (3)

Trid lingwa oħra?

Dan id-dokument huwa disponibbli wkoll f’lingwi oħra. Jekk jogħġbok agħżel waħda hawn taħt.
Switch Language

Want to write a blog post ?

Don't hesitate to do so! Click the link below and start posting a new article!

L-aħħar diskussjonijiet

EPALE 2021 Thematic Focuses. Let's start!

We invite you to enrich what is set to be an intense year ahead with your contributions and expertise! Let's start by taking parto in this online discussion. The online discussion will take place Tuesday 9 March 2021 from 10 a.m. to 4 p.m. CET. The written discussion will be introduced by a livestream with an introduction to the 2021 Thematic Focuses, and will be hosted by Gina Ebner and Aleksandra Kozyra of the EAEA on the behalf of the EPALE Editorial Board.

More

Diskussjoni ta’ EPALE: Il-forniment ta’ tagħlim ta’ ħiliet bażiċi

Il-ħiliet bażiċi huma trasversali. Dawn mhumiex rilevanti biss għall-politika edukattiva, iżda huma rilevanti wkoll għall-politiki tal-impjiegi, tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Il-bini ta’ miżuri ta’ politika koeżivi li jappoġġjaw lill-persuni bi ħtiġijiet bażiċi ta’ ħiliet huwa meħtieġ mhux biss biex il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet ikunu suċċess, iżda wkoll biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u inklużivi. Id-diskussjoni online se ssir f’din il-paġna fis-16/17 ta’ Settembru bejn l-10:00 u s-16:00 CET u se tkun immoderata mill-Koordinaturi Tematiċi ta’ EPALE tal-EBSN

More