chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Blog

Ġimgħa ta’ Għarfien mill-EPALE dwar l-Edukazzjoni fil-Ħabs

25/01/2016
minn Mahira Spiteri
Lingwa: MT
Document available also in: EN HR DE SK EL RO IT PL ET SL LT NL FI PT

/mt/file/prison-educationPrison Education

Prison Education

Min jiftaħ bieb tal-iskola, jagħlaq ħabs!

Victor Hugo

Fl-2012 kien hemm madwar 643,000 priġunier fl-Unjoni Ewropea u fl-aħħar snin il-popolazzjoni tal-ħabs żdiedet ftit ftit. Ħafna minn dawn il-persuni m’għandhomx edukazzjoni għolja, vokazzjonali jew avvanzata u għandhom livell baxx ta’ ħiliet bażiċi. L-edukazzjoni fil-ħabsijiet għandha importanza kbira u kruċjali biex twassal għar-riabilitazzjoni tal-priġunieri u  tnaqqas ir-riskju li dawn il-persuni jerġgħu jħabbtu difrejhom mal-ġustizzja. 

L-edukazzjoni tal-priġunieri hija tema importanti għall-EPALE u għalhekk mill-25 sad-29 ta’ Jannar se jkun hemm Ġimgħa ta’ Għarfien dwar l-Edukazzjoni fil-Ħabs (EPALE Prison Education Week). Ibqa’ aġġornat mal-EPALE billi ssegwi l-paġni ta’ Facebook u Twitter fejn jittellgħu riżorsi interessanti u artikli miktuba minn esperti fil-qasam.

/mt/file/prisonedhandsjpgprison_ed_hands.jpg

Mis-26 sat-28 ta’ Jannar l-esperti tagħna se jmexxu diskussjoni bil-kitba fuq l-edukazzjoni fil-ħabs. Agħfas hawn biex tipparteċipa f’din id-diskussjoni li se ssir bl-Ingliż u aqsam il-ħsibijiet tiegħek dwar il-mistoqsijiet li se jitqajmu. Id-diskussjoni se titmexxa minn Dr Joe Giordmaina, espert fl-edukazzjoni tal-ħabs mill-Università ta’ Malta. Biex tingħaqad ma’ Dr. Giordmaina u tieħu sehem fid-diskussjoni idħol jew rreġistra fl-EPALE.

L-edukazzjoni tal-ħabs hija tema popolari bejn il-membri tal-komunità tal-EPALE u għandna diversi artikli li jġegħluk tirrifletti fuq is-suġġett, kemm jekk ma tantx inti familjari kif ukoll jekk int intiż f’ dan il-qasam. Agħti titwila l-artiklu tal-koordinatur tagħna Ian Atkinson dwar kif l-edukazzjoni fil-ħabs timxi id f’id mar-riabilitazzjoni tal-priġunieri. Idħol hawn ukoll biex taqra l-każ ta’ investigazzjoni fuq il-proġett CLAP (Convicts Literary Aid Project).   

Jekk għadek ma segwejt xejn, ara x’qalet l-esperta tal-EPALE fi Franza Alexia Samuel li tagħti ħarsa ġenerali dwar is-suġġett. Ara wkoll ir-rapport ta’ Annet Bakker, Chair tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Edukazzjoni fil-Ħabs (li għandha 25 sena esperjenza bħala għalliema) dwar kif l-evalwazzjoni tal-edukazzjoni tal-priġunieri m’għandhiex tkun ibbażata biss fuq iċ-ċertifikati

/mt/file/terrellbutterflyjpgterrellbutterfly.jpg

Credit Robert Sturman prison education yoga

 

Titilfux l-intervista tagħna ma’ Alan Smith, koordinatur preċedenti tal-Kummissjoni fil-programm Grundtvig dwar it-tagħlim tal-adulti. Fl-aħħar nett l-edukatur tal-Yoga James Fox spjega kif irnexxielu jipperswadi lil uħud mill-iktar priġunieri problematiċi fil-ħabsijiet tal-Amerika biex jibbenefikaw mill-eżerċizzji tal-Yoga, u kif qed jintroduċi dan il-proġett fl-Ewropa.

U jekk dan mhux biżżejjed, idħol fi bloggs oħra li għandna u ara r-riżorsi dwar dan is-suġġett:

Bloggs:

Riżorsi:

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn